Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59156
Title: | Il-Ħajja fl-Għaqdiet |
Other Titles: | L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta : bl-istorja u l-istejjer tiegħu |
Authors: | Vassallo, Mario Thomas |
Keywords: | Oratory of the Sacred Heart of Jesus (Mosta, Malta) Scouting (Youth activity) -- Malta -- Mosta Christian education -- Malta -- Mosta Student activities -- Malta -- Mosta Drama -- Malta -- Mosta |
Issue Date: | 2016 |
Publisher: | Parroċċa Marija Assunta |
Citation: | Vassallo, M. T. (2016). Il-Ħajja fl-Għaqdiet. In L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu (pp. 151-223). Mosta: Parroċċa Marija Assunta. |
Abstract: | Minnu nnifsu u sa mill-ewwel snin tiegħu, l-oratorju Qalb ta' Ġesu dejjem serva ta' inkubatur għal diversi għaqdiet taż-żgħażagħ. Hekk kien mill-bidu u hekk għadu sal-lum. U hekk jeħtieġ li jibqa' fil-futur. L-entużjażmu ta' xi wħud f'xi interess komuni, ngħidu aħna l-kant, il-fidi, il-letteratura, id-drama jew l-isports, jasal f'punt li ma jibqax iżjed privat u fil-moħbi. Għalhekk ikun meħtieġ li biex dan l-interess isir pubbliku, l-entużjażmu tal-ftit individwi jittrasforma ruħu fi struttura ta' għaqda jew moviment minn fejn tkun tista' tikber il-parteċipazzjoni ta' oħrajn. Dan iwassal biex ikun iffurmat statut, ikun nominat jew elett kumitat u finalment jitfassal programm ta' attivitajiet. Dan huwa n-nukleu elementari ta' kull għaqda biex tilħaq l-iskop tagħha u b'hekk xxettel għanijiet u interessi komuni. Il-ħajja fi-għaqdiet hija sabiħa għax tfejjaq lill-bniedem mill-apatija, tagħtih skop għal ħidmietu, tlaqqgħu ma' ħbieb ġodda, tgħallmu ħiliet addizzjonali u sservi ta' pjattaforma fejn iħaddem it-talenti tiegħu. Fuq kollox l-għaqdiet, mhux l-inqas dawk taż-żgħażagħ, huma l-mutur tal-volontarjat li tant huwa prezzjuż għall-progress soċjali, ekonomiku u politiku ta' kull nazzjon. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59156 |
ISBN: | 978-99957-0-945-7 |
Appears in Collections: | L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Il_ħajja_fl_għaqdiet.pdf | 3.11 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.