Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60001
Title: Ir-rewwixta kontra l-Frangiskani f'Gerusalem (1746)
Authors: Muscat, Noel
Keywords: Crusades -- 13th-15th centuries
Franciscans. Custody of the Holy Land -- History
Franciscans -- Palestine -- History
Issue Date: 2009
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Muscat, N. (2009). Ir-rewwixta kontra l-Frangiskani f'Gerusalem (1746). Lehen l-Art Imqaddsa, 30(163), 17-24.
Abstract: L-istorja tal-Frangiskani fl-Art Imqaddsa kienet dejjem wahda ta’ taqlib u kuntrarjetà. Il-perjodu qasir tal-hakma tal-Krucjati li kienu jsaltnu fuq ir-Renju Latin ta’ Gerusalemm mill-1099 sal-wasla ta’ Salah-ed-Din, li kecca lill-Krucjati minn Gerusalemm fl-1187, kompla sahhah il-mibeghda bejn il-punent Kristjan u l-orjent Musulman. Il-Krucjati baqghu jahkmu xi bliet fortizzi fuq il-kosta tal-Palestina (Gaffa, il-«Castrum Peregrinorum» [Atlit], Akri) u tal-Libanu (Tir, Sidon, Tripli) matul is-seklu 13, imma fit-18 ta’ Mejju 1291 tkeccew ghal kollox mill-Art Imqaddsa meta Akri waqghet f’idejn is-sultan al-Ashraf. F’dan il-perjodu l-Frangiskani kienu prezenti f’dan ir-regjun, li kien jissejjah il-provincja tas-Sirja, jew «Oltremare». Fl-1217 fra Elia kien inhatar ministru provincjal tas-Sirja. Fl-1229 il-Frangiskani kellhom kunvent ckejken f’Gerusalemm, u kienu wkoll prezenti f’hafna mill-fortizzi Krucjati fuq il-kosta. Mal-waqgha tar-Renju Krucjat il-Frangiskani inqatlu, u dawk li rnexxilhom isalvaw kellhom jaharbu f’Cipru. Sfortunatament il-Frangiskani kienu jigu assocjati mal-Krucjati, ghax huma kienu Latini, jigiferi Kattolici, u l-Krucjati kienu gejjin minn pajjizi Kattolici fl- Ewropa (Italja, Franza, Germanja, Spanja, Portugal, Ingilterra). Minkejja dan, il-Frangiskani rnexxielhom jergghu jidhlu fl-Art Imqaddsa fil-bidu tas-seklu 14. Huma bdew jamministraw fil-Bazilika tal-Qabar ta’ Kristu sa mill-1272, meta r-re Karlu d’Anjou ta’ Sqallija ghamel trattat ta’ paci mas-sultan Bibars. Fl-1335 ir-re ta’ Napli Roberto d’Anjou u martu Sancia de Majorca xtraw ic-Cenaklu u tawh bhala proprjetà lill-Frangiskani. Fil-21 ta’ Novembru 1342 il-Papa Klement VI, bil-Bulla «Gratias agimus», iddikjara lill-Frangiskani bhala Kustodji ta’ l-Art Imqaddsa. Fl-1347 il-Frangiskani dahlu fil-pussess tal-Bazilika tan-Natività f’Betlehem. B’hekk, ghalkemm il-Krucjati kienu tilfu l-Art Imqaddsa minhabba l-vjolenza u l-korruzzjoni taghhom, il- Frangiskani rnexxielhom jergghu jidhlu jghixu fiha bil-messagg ta’ paci u rikonciljazzjoni. Dan, izda, ma fissirx li kien facli ghall-Frangiskani li jergghu jidhlu fl-Art Imqaddsa. Il-mibeghda lejn il-Kristjani min-naha tal-Musulmani u tal-Lhud kellha l-gheruq taghha fil-grajjiet imdemma ta’ zmien il-Krucjati. L-istess gara, sfortunatament, fil-kaz tal-Knejjes ohrajn orjentali prezenti fl-Art Imqaddsa, u partikolarment fil-kaz tal-Knisja Griega Ortodossa, li kienet tqis lilha nnifisha bhala werrieta ta’ l-imperu Bizantin, li mis-sena 313 (editt ta’ Kostantinu) sas-sena 638 (meta wasal il-Kaliff Omar u dahlet ir-religjon Musulmana) kien jahkem fl-Art Imqaddsa, li allura kienet kollha kemm hi Kristjana.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60001
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 163 : Jannar-Marzu : 2009
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 163 : Jannar-Marzu : 2009

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ir-rewwixta_kontra_l-Frangiskani_f_Gerusalem_1746_2009.pdf396.72 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.