Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/71668
Title: Il-Madonna ta' Liesse
Authors: Zammit, Vincent
Keywords: Mary, Blessed Virgin, Saint -- Devotion to -- France
Mary, Blessed Virgin, Saint -- Devotion to -- Malta
Liesse, Notre-Dame de -- Cult -- Malta -- History
Mary, Blessed Virgin, Saint -- Legends
Chapel of Our Lady of Liesse (Valletta, Malta)
Knights of Malta -- Malta -- History
Order of St John -- Malta -- History
Knights of Malta. Langue of France
Order of St John. Langue of France
Issue Date: 2005
Publisher: Mosta : Soċjetà Filarmonika Santa Marija
Citation: Zammit, V. (2005). Il-Madonna ta' Liesse. Soċjetà Filarmonika Santa Marija (Mosta, Malta), 166-167, 171
Abstract: Wieħed mill-aktar perjodi importanti fl-istorja tal-gżejjer Maltin kien meta l-gżejjer tagħna kienu taħt il-kontroll tal-Kavallieri ta' l-Ordni ta' San Gwann. Dan il-perjodu kien twil mhux ħażin, u wieħed jista' jimmaġina għaliex għadna sal-ġurnata tal-lum naraw ħafna mill-bini u devozzjonijiet, barra minn affarijiet oħra, li daħħlu fostna huma. Wara l-bini tal-Belt Valletta, il-Kavallieri ħasbu wkoll biex ikollhom it-tqassim ta' l-istess Belt skond il-bżonnijiet partikulari tagħhom. Dan kellu jkun billi minflok ma tpoġġew il-bereġ tal-kavallieri tagħhom mibnija f'rokna partikulari, ħasbu ħalli jħallu lil kulħadd jibni fejn ħaseb li kien l-aħjar għalih. Hekk kien seħħ, u l-Kavallieri bnew il-bereġ tagħhom madwar il-Belt Valletta. Fix-xatt tal-belt Valletta hemm knisja sabiħa, u mżejna tajjeb. Din il-knisja nbniet fil-bidu tas-seklu sbatax mill-kavallieri tal-Lingwa Franċiza. Dawn riedu li jkollhom il-knisja nazzjonali wkoll, bħal ma kellhom kwazi l-lingwi kollha l-oħra. Bħala dedikazzjoni, l-istess kavallieri Franċizi ħasbu ħalli jdaħħlu d-devozzjoni tal-Madonna ta' Liesse f'Malta wkoll, devozzjoni li għalihom kienet diga importanti, izda f'Malta kienet għadha mhux magħrufa. L-istorja ta' din id-devozzjoni hija interessanti, u wieħed jista' jgħid li hija taħlita bejn il-leġġenda u l-istorja ta' l-istess Ordni ta' San Gwann fiz-zmien ta' meta kienu għadhom fl -Art Imqaddsa.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/71668
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCPPRChr

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Madonna ta Liesse.pdf2.07 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.