Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/73855| Title: | Santa Marija u l-inħawi |
| Authors: | Abela, Ruben |
| Keywords: | Chapel of Our Lady of Childbirth, tal-Ħlas (Żejtun, Malta) Chapel of Our Lady of the Sacred Heart, tas-Sinjura (Żejtun, Malta) Chapels -- Malta -- Żejtun Vendôme Tower (Żejtun, Malta) Towers -- Malta -- Żejtun Bonici Family -- Homes and haunts -- Malta -- Żejtun Architecture -- Malta -- Żejtun Żejtun (Malta) -- History Żejtun (Malta) -- Biography |
| Issue Date: | 2002 |
| Publisher: | Żejtun : Parroċċa Santa Katarina |
| Citation: | Abela, R. (2002). Santa Marija u l-inħawi. Iż-Żejtun : festa [ta' Santa Katarina V.M.], 2002, 33-34 |
| Abstract: | Misraħ Santa Marija jinstab fil-bidu ta' dak Ii ħafna jsibuħ illum bħala r-Raħal ta' Fuq, Iż-Żejtun. Żmien ilu dawn l-inħawi kienu magħrufa aktar bħala Ħal Biżbut, wieħed mit-tlett irħula żgħar li kienu jiffurmaw iż-Żejtun li nafu llum F’dawn l-inħawi hemm diversi affarijiet ta’ valur storiku, fosthom il-knisja ta' Santa Marija Ii nafu llum, knisja żgħra u sempliċi li bdiet tinbena fl-25 ta' Novembru 1692. Il-knisja l-oħra Ii hemm ftit 'il bogħod minn din, iżda aktar moderna, hija dik tal-Madonna tal-Qalb lmqaddsa, jew kif inhi aktar magħrufa bħala Tas-Sinjura, insibu it-Torri Vendome wieħed mill-ftit torrijiet Ii jinsabu go l-inħawi residenzjali u mhux fil-kampanja. F’dawn l-inħawi insibu saħansitra diversi djar storiċi u b’arkittetura sabiħa. Fost dawn naraw, dar Nru. 7 f'Misraħ Santa Marija,Ii fuq il-bieb principali għandha minquxa xbiha tar-Redentur u l-annu 17 (l-aħħar żewġ numri gew imflassra). Dar oħra kbira u sabiħa hija dik Ii qiegħda ħdejn il-Knisja tas-Sinjura, Nru. 216. Dar oħra ta' mportanza storika izda Ii ftit jafu biha, hija Nru. 8, Triq San Ġwann. Jingħad Ii din id-dar kien iżomm il-falkuni fiha l-Falkunier tal-Ordni. Fil-bidu ta' Triq San Ġwann, eżatt kif titlaq Triq Vendome, hemm bini ta' stil uniku Ii jintuza bħala forn. Dar oħra importanti, izda Ii llum qed tintuża bħala rażżett, hija dik Ii tinstab fit-tarf ta' Sqaq San Ġwann (illum Tavlin) Nru. 4. Din il-villa nbniet min-nobbli familja Bonici. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/73855 |
| Appears in Collections: | Parish of St. Catherine of Alexandria |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Santa Marija u l-Inħawi.pdf | 371.16 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
