Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82457
Title: Giuseppe Cumbo u r-rumanz tal-faxxikli
Authors: Attard, Kenneth (1995)
Keywords: Cumbo, Giuseppe, 19th-20th century
Maltese literature -- 19th century
Maltese literature -- 20th century
Novelists
Maltese literature -- History
Issue Date: 1995
Citation: Attard, K. (1995). Giuseppe Cumbo u r-rumanz tal-faxxikli (Bachelor's dissertation).
Abstract: L-għan ta' din id-dissertazzjoni hu li jissodisfa xi ftit mill-għatx li hawn għat-tagħrif dwar rumanziera Maltin li ddedikaw ħajjithom għall-kitba popolari. Wieħed minn dawn il-kittieba hu Giuseppe Cumbo, li f'karriera ta' 'l fuq minn erbgħin sena ta lill-pubbliku Malti għadd kbir ta' xogħlijiet li jaqbżu l-ħamsin rumanz. Minkejja li l-biċċa l-kbira ta' dawn ir-rumanzi huma traduzzjonijiet, xi minn daqqiet Cumbo ma naqasx milli jkun oriġinali billi jżid jew inaqqas episodji 'l hemm u 'l hawn li tista' tgħid rebħuh is-simpatija tal-massa. Minbara dan Cumbo kien stampatur u kien joħroġ kemm kotba tiegħu kif ukoll kotba ta' awturi oħrajn li ntefgħu fuq l-istess ġeneru tar-rumanz. L-istamperija tiegħu kienet tipprovdi lill-qarrejja Maltin anki b'xogħlijiet miktuba bil-Malti li kienu ta' livell letterarju għoli, fosthom Ulied in-Nannu Venut fl-Amerka ta' Ġwann Mamo. Cumbo kien ukoll il-proprjetarju ta' ġurnal semi-serju li jġib l-isem Il-Pappagall. Għażilt li nagħti kwadru kemm jista' jkun sħiħ ta' Cumbo kemm bħala bniedem kif ukoll bħala kittieb. Fittixt li nwaħħad kemm jista' jkun il-ħidma tiegħu bħala editur mal-ħidma tiegħu ta' rumanzier. M'hemmx dubju li l-professjoni tiegħu għenitu mhux ftit biex jipprovdi xogħol wara l-ieħor. Minbarra dan, tajt viżjoni kemm jista' jkun wiesgħa ta' kif oriġina u żviluppa r-rumanz popolari, biex imbagħad stajt noħroġ l-influwenzi li ħalla fuq l-istess ġeneru f'Malta. Ma setax jonqos li flimkien ma' Cumbo jitkellem dwar awturi oħrajn Maltin li għexu fi żmienu u li daqsu kienu affaxxinati mid-dinja gotika. Għaddejt imbagħad biex nistħarreġ il-paralleliżmi u d-differenzi li jeżistu bejn ix-xogħlijiet barranin oriġinali u t-traduzzjonijiet ta' Cumbo.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82457
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Attard_Kenneth_1995.pdf
  Restricted Access
4.69 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.