L-Akbar Għalliem (Klabb Kotba Maltin, 2022), miktub minn ta’ David Aloisio u bl-illustrazzjonijiet ta’ Rebecca Zammit, huwa ktejjeb intenzjonat għall-qarrejja żgħar. Il-protagonisti nfushom huma wkoll grupp ta’ tfal żgħar li filgħaxija kienu jinġabru fid-dar ta’ għalliem xwejjaħ li jedha jgħallimhom jaqraw u jiktbu. Iżda l-akbar tagħlima, kemm għat-tfal kif ukoll għall-għalliem, kellha tasal mingħand kreatura ċkejkna li sabet ruħha f’nofshom bla mistenni. Din il-ġrajja hija ispirata mir-rakkonti u mill-ħajja nnifisha tal-Professur Oliver Friggieri (1947-2020) u qed tiġi ppreżentata lill-qarrejja żgħar sabiex ikollhom l-opportunità jduqu ftit mit-tjubija tal-valuri li ħaddan dan il-bniedem kbir.