[EN]
Matul is-snin l-Inġinerija tat kontribut siewi ħafna għall-progress teknoloġiku u għal kwalità aħjar tal-ħajja. Din tkompli tkun waħda mill-mezzi prinċipali għal soluzzjonijiet ta’ sfida li d-dinja qed tiffaċċja kuljum. L-Inġinerija tkompli wkoll testendi l-konfini teknoloġiċi. F’Malta, id-disponibbiltà ta’ ħiliet suffiċjenti fl-inġinerija se tkun strumentali biex jinżamm u jitjieb il-livell tal-ħajja tagħna fis-snin li ġejjin. Tippermettilna wkoll inkunu aktar kompettittivi u kapaċi nattiraw investiment ta’ valur miżjud għoli lejn pajjiżna.
Matul is-snin l-Inġinerija tat kontribut siewi ħafna għall-progress teknoloġiku u għal kwalità aħjar tal-ħajja. Din tkompli tkun waħda mill-mezzi prinċipali għal soluzzjonijiet ta’ sfida li d-dinja qed tiffaċċja kuljum. L-Inġinerija tkompli wkoll testendi l-konfini teknoloġiċi. F’Malta, id-disponibbiltà ta’ ħiliet suffiċjenti fl-inġinerija se tkun strumentali biex jinżamm u jitjieb il-livell tal-ħajja tagħna fis-snin li ġejjin. Tippermettilna wkoll inkunu aktar kompettittivi u kapaċi nattiraw investiment ta’ valur miżjud għoli lejn pajjiżna.
Id-29 edizzjoni li ser issir tal-Wirja annwali tal-Proġetti tal-Inġinerija se turi l-proġetti li saru mill-istudenti tal-ewwel grad matul l-aħħar sena tal-kors ta’ erba’ snin għal-lawrja ta’ B.Eng. (Hons) kif ukoll tal-istudenti ta’ wara l-ewwel grad tal-inġinerija. Il-proġetti ser ikunu għall-wiri fid-diversi laboratorji tal-Fakultà tal-Inġinerija fuq il-Kampus tal-Imsida li se jkunu miftuħa għall-pubbliku nhar is-Sibt 30 ta’ Ġunju mid-09:00 sas-13:00 u l-Ħadd 1 ta’ Lulju mid-9:00 sas-13:00.
In-numru ta’ esibiti din is-sena huwa ta’ 97. Dawn jinkludu għażla wiesgħa ta’ oqsma ta’ valur attwali li għandhom x’jaqsmu mal-qasam bijomediku, l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu, l-ambjent, prodotti elettroniċi, ir-robotika, it-trasport, proċessi tal-manifattura, materjali u trattamenti għas-superfiċji ġodda.
Matul is-snin, il-proġetti esibiti wrew kisbiet ta’ teknoloġija u riċerka innovattiva. L-għan tal-wirja hu li jagħti lill-istudenti kollha minn dawk tal-primarja sa dawk tal-post sekondarja, lil min iħaddem u min jaħdem fis-setturi industrijali, tas-saħħa u servizzi u lill-pubbliku ġenerali, l-opportunità li jaraw il-proġetti b’mod dirett u biex jiltaqgħu ma’ studenti li se jiggradwaw mill-Fakultà tal-Inġinerija. Il-wirja tagħti wkoll l-opportunità lill-viżitaturi li jżuru l-faċilitajiet tal-laboratorji tal-Fakultà u jifhmu aħjar il-professjoni tal-Inġinerija. Din tħajjar lil studenti żgħażagħ li jaspiraw għal karriera fl-Inġinerija u tagħtihom indikazzjoni tal-opportunitajiet vasti għal Inġiniera professjonali permezz tal-istudji tagħhom fl-Università ta’ Malta.
Ħafna persuni li ggradwaw igawdu minn karrieri eċċellenti kif ukoll opportunitajiet ta’ studju wara l-ewwel grad f’azjendi u universitajiet stmati ħafna mad-dinja kollha. Il-Fakultà kienet u għadha attiva ħafna fir-riċerka fid-dixxiplini varji tal-Inġinerija, u b’hekk twieġeb kemm għall-ħtiġijiet tal-pajjiż kif ukoll tal-komunitajiet internazzjonali tax-Xjenza u l-Inġinerija. F’dawn l-aħħar snin il-membri tal-Fakultà kisbu fondi biex itejbu l-faċilitajiet tal-laboratorji tagħhom u kellhom suċċess kbir fil-kisba kompettittiva ta’ fondi għal riċerka kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali.
Il-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta’ Malta toffri tagħlim u superviżjoni kemm fil-livell tal-ewwel grad kif ukoll dak ta’ wara l-ewwel grad (postgraduate). Il-programmi ta’ studju tal-ewwel grad fl-Inġinerija mekkanika u elettrika huma mfassla biex jippermettu lill-istudenti jifhmu l-elementi fundamentali tal-Inġinerija filwaqt li jagħtuhom biżżejjed flessibbiltà biex jimmiraw l-istudji tagħhom lejn diversi aspetti differenti tal-Inġinerija. Il-programmi li jwasslu għal-lawrja jagħtu flessibbiltà fl-impjieg lill-gradwati, kif ukoll l-kapaċità li jkomplu l-istudji tagħhom f’oqsma diversi tal-Inġinerija fil-livell ta’ wara l-ewwel grad.
Għal aktar informazzjoni idħlu fuq is-sit elettroniku tagħna www.um.edu.mt/eng jew sibna fuq Facebook.