Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48515| Title: | Ħtieġa ta' pjan strateġiku għall-Università |
| Authors: | Mallia, Edward A. |
| Keywords: | University of Malta -- Planning Education, Higher -- Malta -- Administration Education, Higher -- Finance -- Malta Strategic planning -- Malta |
| Issue Date: | 1995 |
| Publisher: | Sensiela Kotba Socjalisti |
| Citation: | Mallia, E. A. (1995). Ħtieġa ta' pjan strateġiku għall-Università. In Fl-Antiporta tal-Millennju (pp. 79-81). Marsa: Sensiela Kotba Soċjalisti |
| Abstract: | lli ftit anqas minn ħames snin fid-dipartiment tal-Fiżika tal-Fakultà tax-Xjenza; ftit anqas minn hekk fis-Senat, u ftit xhur fil-Kunsill. Nixtieq għalhekk insemmi xi problemi li laqtuni, l-iżjed biex jibda jinħoloq forum ta' diskussjoni bejn l-Università u d-dinja politika-soċjali ta' madwarna. Fil-Kunsill, li bażikament jiggverna l-Università, hemm maġġoranza ta' nies appuntati mill-Prim Ministru u minn ministri oħra (u issa anki fil-Fakultà tat-Teoloġija bil-ftehim Gvern-Vatikan). Dawn ikunu ġeneralment nies minn barra l-Università. Inħoss li wasal iż-żmien li din il-bixra tal-Kunsill tinbidel. Nies minn barra l-Università għandu jkun hemm, kemm biex il-Gvern ikollu ħjiel kif sejra l-Università kif ukoll biex dawn in-nies iwasslu fost il-poplu - li jħallas għall-Università - stampa ċara ta' kif taħdem. Madankollu, il-ħtieġa kbira li nara li għandu l-Kunsill hu li x-xogħol tiegħu jkun magħruf minn iżjed nies fl-Università stess, u li f'dan ix-xogħol ikollu element ta' oppożizzjoni kostruttiva, ħaġa li n-nies ta' barra l-Università ma jkollhomx żmien għaliha. Mingħajrha, tendenzi ta' nuqqas ta' trasparenza, ta' daqq ta' qanpiena waħda, ta' poteri fi ftit idejn ikunu diffiċli li trażżanhom. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48515 |
| Appears in Collections: | Fl-Antiporta tal-Millennju |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Htieġa_ta_pjan_strategiku_ghall_Universita_1995.pdf | 177.71 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
