Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/55763
Title: Storja tal-Frangiskani fl-Art Imqaddsa : l-ewwel kunvent tal-Frangiskani f'Gerusalemm
Authors: Muscat, Noel
Keywords: Convents -- Jerusalem
Franciscans. Custody of the Holy Land -- History
Crusades -- 13th-15th centuries
Issue Date: 2013
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Muscat, N. (2013). Storja tal-Frangiskani fl-Art Imqaddsa : l-ewwel kunvent tal-Frangiskani f'Gerusalemm. Lehen l-Art Imqaddsa, 34(179), 06-14.
Abstract: Il-preżenza tal-Franġiskani fl-Art Imqaddsa tmur lura 8 sekli. Fl-24 ta’ Ġunju 1219 San Franġisk t’Assisi salpa minn port fuq l-Adrijatiku, x’aktarx Bari jew Brindisi, bl-iskop li jmur jevanġelizza l-Orjent. Kien iż-żmien tal-ħames Kruċjata, li kienet ġiet imnehdija mill-Papa Innoċenz III waqt ir-IV Konċilju tal-Lateran fl-1215. Il-Kruċjata, li kienet immexxija mir-Re ta’ Ġerusalemm Jean de Brienne, u mill-Kardinal Legat Alvaro Pelagio, kienet qed tassedja l-belt ta’ Damiata (Damietta) fid-delta tax-xmara Nil fl-Eġittu, bl-iskop li mbagħad tattakka l-belt tal-Kajr u hekk ikollha miftuħa t-triq biex tidħol fl-Art Imqaddsa. Dak iż-żmien l-Art Imqaddsa kienet taqa’ taħt il-ħakma tas-Sultan tal-Eġittu, al-Malik al-Kamil, neputi tal-famuż gwerrier Saladin. Fit-2 ta’ Ottubru 1187 il-belt ta’ Ġerusalemm kienet intrebħet lura mill-Kruċjati minn Saladin, wara li ftit xhur qabel, fl-4 ta’ Lulju 1187 dan kien kisser il-qawwa tal-Kruċjati fil-battalja tal-għolja ta’ Qarne Hattin fuq l-Għadira tal-Galilija. Il-Kruċjati kienu daħlu Ġerusalemm fil-15 ta’ Lulju 1099 u waqqfu r-Renju Latin ta’ Ġerusalemm. Wara t-telfa tal-1187 il-Kruċjati irtiraw fil-belt fortifikata u port ta’ Akri (Saint Jean d’Acre) fuq il-kosta tal-Mediterran tal- Palestina, fejn damu sat-18 ta’ Mejju 1291.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/55763
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 179 : Jannar-Marzu : 2013
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 179 : Jannar-Marzu : 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Storja_tal-Frangiskani_fl-Art_Imqaddsa_l-ewwel_kunvent_tal-Frangiskani_f_Gerusalemm_2013.pdf596.15 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.