Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59056
Title: L-ewwel snin fi Triq il-Kungress Ewkaristiku
Other Titles: L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta : bl-istorja u l-istejjer tiegħu
Authors: Vassallo, Mario Thomas
Keywords: Oratory of the Sacred Heart of Jesus (Mosta, Malta)
Salomone, Edgar, 1882-1969
Isouard, Nicolò, 1773-1818
Soċjetà Filarmonika Nicoló Isouard (Mosta, Malta)
Issue Date: 2016
Publisher: Mosta : Parroċċa Marija Assunta
Citation: Vassallo, M. T. (2016). Għalfejn u kif beda kollox. In L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu (pp. 9-28). Mosta: Parroċċa Marija Assunta.
Abstract: L-Oratorju Qalb ta' Ġesu beda jiffunzjona fi Triq il-Kungress Ewkaristiku min-nofs Ġunju 1914 'il quddiem. Kien iċ-ċentru speċjalizzat tal-katekeżi minn fejn it-tfal Mostin bdew jitħejjew biex jirċievu s-sagramenti tal-qrar, tqarbin u griżma tal-Isqof. Bil-kontra ta' dak li jiġri llum, dak iż-żmien ma kienx hemm eta fissa meta t-tfal jersqu għas-sagramenti, anzi kien hemm taħlit gwapp ta' etajiet. Kienet ukoll drawwa antika li t-tfal jitressqu għall-ewwel tqarbina filgħodu u għall-griżma tal-Isqof waranofsinhar fl-istess ġurnata, waqt li l-ewwel qrara kienet tkun amministrata xi ġimġħa jew tnejn qabel. Bil-mod il-mod bdiet dieħla ċerta mentalita li fil-ħwejjeġ tal-fidi m'għandniex nikkuntentaw bil-medjokrita u l-injoranza, imma li l-għarfien u l-approfondiment kienu meħtieġa biex tassew iż-żgħażagħ isiru 'suldati ta' Kristu'. Il-mewġiet ta' ideat sekulari u rivoluzzjonarji li ma kinux sinkronizzati mal-fehmiet u l-prattiċi tal-Knisja kienu diġa' bdew jilħqu lil xtutna u għalhekk kien jinħass aktar minn qatt qabel il-bżonn li t-tagħlim tad-duttrina jkun meħud bis-serjeta. Fl-Oratorju bdew jinġemgħu ċorom ta' tfal li fi ħdanu sabu għajn ta' edukazzjoni reliġjuża taħt għajnejn il-kleru u wkoll ta' lajċi impenjati. Imma din l-oażi ta' paċi fil-qalba tal-Mosta ma kinitx qiegħda tiffjorixxi ġo vakum. Fl-Ewropa u lil hinn minnha kien beda d-dulur tat-trunċieri tal-Ewwel Gwerra Dinjija. Miljuni ta' suldati ta' imperi qodma u stati ġodda kienu qegħdin imutu fit-tajn u l-miżerja. Għall-ewwel darba fl-istorja millenarja tal-gwerra, l-ajruplan kien beda jintuża bħala arma tal-qerda flimkien mal-forzi tradizzjonali tal-infanterija u navali.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59056
ISBN: 978-99957-0-945-7
Appears in Collections:L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
L_ewwel_snin_fi_triq_il_kungress_ewkaristiku.pdf1.6 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.