Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/72331
Title: Il-Musbieħ tal-Mużew
Authors: Abela, Ruben
Keywords: Archaeology -- Malta -- Żejtun
Żejtun (Malta) -- Antiquities
Lamps, Ancient -- Malta -- Żejtun
Żejtun (Malta) -- History
Issue Date: 2015
Publisher: Żejtun : Għaqda Mużikali Beland
Citation: Abela, R. (2015). Il-Musbieħ tal-Mużew. Festa Santa Katarina V.M., Żejtun, 2015, 63, 65, 67
Abstract: Lejn tmiem is-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, fit-toroq taż-Żejtun kien qiegħed isir xogħol infrastrutturali u kien waqt dan it-tħaffir li l-baqquniera ta’ sikwiet kienu jiltaqgħu ma xi fdalijiet arkeologiċi. Nsibu li fiż-Żejtun instabu numru ta' oqbra f'diversi toroq, li fost oġġetti oħra, instab qabar li fost oggetti oħra, fiħ kien hemm musbieħ partikolari. Dan il-musbieħ kellu disinn ta' ħuta imbuzzat fiċ-ċentru tiegħu u ringiela ta' ħut iżgħar madwar it-tarf tiegħu. Din is-sejba hija ddokumentata b'mod dettaljat f'manuskrit dwar nuntru ta' siti arkeoloġici li hawn f'Malta, mizmum fl-arkivji tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeologija u dan il-musbieħ spiċċa ġo vetrina fil-mużew tar-Rabat, li dak iz-zmien kien fil-Villa Rumana, illum id-Domus Rumana. Jingħad li dan il-musbieħ ġibed l-attenzjoni tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila meta fl-1920 kiteb waħda mill-aqwa poeżiji tiegħu 'Il-Musbieħ tal-Mużew’. Din il-poeżija hija fost l-itwal li kiteb u fiha 72 strofa, b'erba' versi kull waħda. Il-poeta jitkellem mal-musbieħ u jirrakonta dak li jaħseb minn x'hiex għadda. Ir-rakkont jeħodna f'mixja matul l-istorja ta' Malta b'referenza ndiretta għall-ħakmiet li għaddiet minnhom. Fl-aħħar, il-poeżija tispiċċa fuq tema reliġjuża u Dun Karm ixebbaħ id-dawl li kien joħroġ mill-musbieħ mad-dija li toħroġ mill-Kelma Mqaddsa.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/72331
Appears in Collections:Għaqda Mużikali Beland
Melitensia Works - ERCASHArc

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11-Musbieh tal-Muzew.pdf2.08 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.