Sensiela li tiddiskuti siltiet mużikali li jkollhom aġenda politika, għalhekk tinħoloq diskussjoni fuq l-implikazzjoni politika, soċjali u ekonomika. Programm imtellgħa mid-Dipartiment tal-Public Policy fi ħdan l-Università ta' Malta bi produzzjoni u preżentazzjoni ta' Dr Mario Thomas Vassallo.
Programm 1: Introduzzjoni dwar sehem il-politika fil-mużika matul is-sekli u f'artijiet diversi
Programm 2: Il-mużika, il-gwerra, il-paċi u l-utopja politika
Programm 3: Il-mużika u l-ambjent
Programm 4: Il-mużika ribelluża b'sentimenti rivoluzzjonarji
Programm 5: Il-mużika u s-sehem tal-Ġnus Magħquda
Programm 6: Il-mużika u l-edukazzjoni
Programm 7: Sehem il-musicals fi ġrajjiet u sentimenti politiċi - Narrazzjoni ta' Simone Chircop u Mario T. Vassallo
Programm 8: Il-mużika u l-faqar
Programm 9: Il-mużika u l-era tal-Gwerra l-Bierda
Programm 10: Il-kompożituri klassiċi u s-sehem politiku tagħhom - narrazzjoni ta' Simone Chircop u Mario T Vassallo
Programm 11: Il-mużika u l-influwenza tagħha fuq il-ħsieb tal-massa
Programm 12: Il-mużika u l-kunflitt fl-Irlanda ta' Fuq
Programm 13: Il-mużika, ix-xogħol u l-movimenti tat-trejdunjoniżmu
Programm 14: Id-diski Maltin b'tema politika u satirika
Programm 15: Il-mużika u d-drittijiet ċivili u l-armonija soċjali
Programm 16: Il-mużika u r-razziżmu
Programm 17: Ħarsa analitika lura lejn il-Programmi passati - Qari: Simone Chircop u Dr Mario T Vassallo