L-Ekonomija u l-Politika

L-Ekonomija u l-Politika

Id-Dipartiment tal-Public Policy u d-Dipartiment tal-Ekonomija qegħdin jgħaqqdu l-forzi tagħhom biex jipproduċu sensiela ġdida ta' programmi, mgħammda taħt l-isem L-Ekonomija u l-Politika. Fuq medda ta' sbatax-il programm ta' 58 minuta-il wieħed, se jkunu diskussi għadd ta' temi marbutin mal-istorja u t-tħaddim tal-ekonomija u l-politika. Numru ta' programmi jagħtu ħarsa storika ta' kif żviluppaw il-prinċipji u l-prattiċi ekonomiċi matul is-sekli, filwaqt li f'puntati oħrajn ikunu mistħarrġa għadd ta' temi marbutin mal-politika, fosthom it-tħaddim tal-poter, is-sostenibilità, l-iżvilupp uman, il-globaliżżazzjoni u l-Unjoni Ewropea. Ma jonqsux ukoll referenzi dwar kif Malta bniet, żviluppat u ddiversifikat l-ekonomija tagħha. B'mod partikulari, l-esperti mistiedna fl-istudjo se jkunu qegħdin jirrispondu għall-mistoqsija ċentrali dwar jekk id-dinamika bejn l-ingranaġġ ekonomiku u l-politika hijiex rabta ċoff jew kuntratt dejjiemi

Programm 1: L-edukazzjoni, l-ekonomija u l-politika - Dr Anne Marie Thake
Programm 2: L-ekonomija razzjonali jew istintiva? (Rational vs Behaviour economics) - Dr Marie Briguglio
Programm 3: Il-politika u l-ekonomija - Is-Sur Andre Debattista
Programm 4: L-ekonomija u t-tagħlim soċjali tal-Knisja - Prof. Rev/ Carmel Tabone
Programm 5: L-ekonomija u l-Iżlam - Imam Laiq Ahmed Atif
Programm 6: L-ekonomija fi żmien medjevali u barokk - Prof. Denis De Lucca
Programm 7: L-ekonomija u r-rivoluzzjoni industrijali - Dr Philip von Brockdorff
Programm 8: L-ekonomija u l-politika amerikana - Dr George Vital Zammit
Programm 9: L-alternattiva komunista għall-ekonomija - Dr Philip von Brockdorff
Programm 10: L-ekonomija neoliberali - Dr Philip von Brockdorff
Programm 11: Ir-rivoluzzjoni diġitali u l-ekonomija - Dr Philip von Brockdorff
Programm 12: L-iżvilupp tal-bniedem u l-ekonomija - Rev. Dr Charles Tabone OP
Programm 13: L-ekonomija ta' stati żgħar - Prof. Lino Briguglio
Programm 14: L-ekonomija u s-sostenibiltà - Is-Sur Clinton Cassar
Programm 15: L-ekonomija tal-Unjoni Ewropea - Is-Sur Andre Debattista
Programm 16: Malta u l-ekonomija tagħha - Prof. Godfrey Baldacchino
Programm 17: L-ekonomija u s-servizz pubbliku - Dr Philip von Brockdorff


https://www.um.edu.mt/services/campus1037/ondemand/interviewsdiscussions/l-ekonomijaul-politika/