Dwarna

Id-Dipartiment tal-Malti

Id-Dipartiment tal-Malti jaħdem biex iġib ’il quddiem l-istudju tal-ilsien Malti u ta’ ġrajjietu, kif ukoll tal-letteratura tiegħu, bit-tagħlim u bir-riċerka. Dan jagħmlu f’għadd ta’ korsijiet li jwasslu għall-ksib tal-ewwel grad u u ta’ gradi ogħla fil-Malti (B.A., B.A. (Unuri), M.A., M.Phil., Ph.D.). Jipprovdi wkoll programmi ta’ studju lil studenti minn dipartimenti, fakultajiet jew istituti oħra, bħalma huma tal-Komunikazzjoni, tal-Liġi, tal-Edukazzjoni u tal-Mediċina.

Bħalissa d-Dipartiment qiegħed joffri programm ta’ korsijiet f’direzzjonijiet ġodda marbuta mal-istatus tal-Malti bħala lsien nazzjonali u Ewropew, programm li jinfirex lil hinn mil-limiti tal-kampus. Fost dawn hemm korsijiet fit-tisħiħ tal-Malti, Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti, Diploma fil-Letteratura Maltija, kif ukoll kors tal-Malti bħala Lsien Barrani għar-residenti mhux Maltin li jixtiequ jitgħallmu l-Malti. Id-Dipartiment żviluppa wkoll programmi fl-użu tal-Malti f’oqsma speċjalizzati, u diġà qed joffri korsijiet tal-Malti għall-ispiżjara, it-tobba u l-infermiera, il-ħaddiema soċjali u għall-amministraturi pubbliċi.

Id-Dipartiment għandu kuntatti mill-aħjar ma’ għaqdiet lokali kif ukoll barranin, u minn żmien għal żmien jorganizza magħhom attivitajiet u programmi ta’ studju. Fosthom hemm il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, l-Akkademja tal-Malti, l-Għaqda tal-Lingwistika Maltija ta’ Bremen (il-Ġermanja) kif ukoll universitajiet fi Franza, fil-Ġermanja u fl-Ingilterra. L-istudenti għandhom ukoll l-għaqda tagħhom l-Għaqda tal-Malti – Università li taħdem biex iġġib il-Malti ’l quddiem, l-aktar fost l-istudenti.

Id-Dipartiment tal-Malti minn żmien għal żmien jippubblika rivista ta' studji akkademiċi bl-isem Journal of Maltese Studies, filwaqt li l-istudenti tal-Għaqda tal-Malti - Università joħorġu r-rivista Leħen il-Malti.

Id-Dipartiment tal-Malti hu magħmul minn numru sabiħ ta’ studenti, tmien letturi tal-post u għadd ta’ letturi oħra li jkunu mistiedna biex jgħinu bl-ispeċjalizzazzjoni tagħhom. Kompli aqra dwar ħidmitna minn fuq il-website malti.mt.

Id-Dipartiment tal-Malti beda fit-tletinijiet

Il-Prof. Ġużè Aquilina bena d-dipartiment u ħadem tista' tgħid waħdu fl-oqsma tal-letteratura u tal-lingwa. Minn dak iż-żmien inbidlu ħafna l-affarijiet. Illum, għaxar letturi jgħallmu qasam jew ieħor skont l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom. Minbarra l-korsijiet ta' filgħodu, norganizzaw ukoll il-kors fil-qari tal-provi filgħaxija, bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

Kollaborazzjoni ma' entitajiet oħra

Id-Dipartiment tagħna huwa attiv ukoll ’il barra mill-Università: nipparteċipaw fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u nikkollaboraw mad-Direttorat tal-Edukazzjoni fil-bordijiet tal-għażla tal-kotba għall-iskejjel u fit-tmexxija konġunta ta' taħriġ professjonali għall-għalliema li jsir matul is-sena. 

Naħdmu wkoll mill-qrib mal-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa fl-Università stess, mal-Akkademja tal-Malti u mal-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija fi Bremen, il-Ġermanja.

L-Għaqda tal-Malti - Università

Id-Dipartiment għandu wkoll fi ħdanu l-Għaqda tal-Malti - Università li hija għaqda studenteska mwaqqfa fl-1931 minn Rużar Briffa u Ġużè Bonnici, żewġ gradwati tal-Mediċina. L-Għaqda tilqa’ fiha studenti gradwati fil-Malti, kif ukoll studenti minn dipartimenti u fakultajiet oħra. Tippubblika r-rivista Leħen il-Malti u torganizza proġetti, festivals, u korsijiet innovattivi, ngħidu aħna fil-kitba kreattiva. Biex tissieħeb fl-Għaqda, ikteb f'dan l-indirizz. Tagħrif ieħor issibu mill-paġna tal-Għaqda fil-Facebook.

 

The Department of Maltese

Through its teaching and research activity, the Department of Maltese of the University of Malta strives towards the advancement of the study of Maltese linguistics and grammar, the history of Maltese language and its literature. Areas of special interest include language contact and language policy. The Department offers courses leading to the award of undergraduate and postgraduate degrees in Maltese.

At present the Department, in collaboration with the National Council for the Maltese Language, is developing a programme which reaches beyond the limits of the campus, in bid to help Maltese society better value the national and European status of Maltese. The programme includes courses in language enhancement and proofreading, in Maltese literature, and the development of courses in Maltese for specific purposes. The Skola tal-Malti (The Maltese Language School) is an offshoot of the Department, which offers courses in Maltese to interested adults, including foreigners living and working in Malta.


https://www.um.edu.mt/arts/malti/dwarna/