Journal of Maltese Studies

Il-Journal of Maltese Studies (JMS) huwa r-rivista akkademika tad-Dipartiment tal-Malti. Il-JMS waqqfu l-Prof. Ġużè Aquilina fl-1961 u s'issa ħarġu 27 edizzjoni.

Fil-biċċa l-kbira, il-ħarġiet ikun fihom ktibiet fuq il-lingwa u l-letteratura. Imma xi drabi ġieli ħarġu monografiji. Jekk tixtieq ixxandar ktiba fuq l-ilsien Malti jew fuq il-letteratura, ikkuntattjana.

Minħabba li din ir-rivista titqassam lil għadd ta' akkademiċi barranin minn universitajiet differenti, qiegħda toħroġ bl-Ingliż biss.

Journal of Maltese Studies  (indiċi tal-ktibiet kollha: 1961-2010) tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università.


https://www.um.edu.mt/arts/malti/jms