Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE EPE2022

 
TITLE It-Tagħlim tal-Malti fil-Primarja 2

 
UM LEVEL 02 - Years 2, 3 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Early Childhood and Primary Education

 
DESCRIPTION Dan it-taqsima-studju għandu l-għan li jgħin lill-istudenti-għalliema iħarsu lejn materjal stampat jew f'format elettroniku b'mod infurmat u aġġornat mal-aħħar żviluppi fl-edukazzjoni. B'hekk is-siltiet ta' qari u taħriġ fil-kitba f'kuntest ta' tagħlim ikunu mifhuma kemm bħala prodott kif ukoll bħala proċess. Il-mira hi li l-istudenti-għalliema jsiru midħla ta' ġeneri/forom ta' qari/kitba li jħaddmu f'kuntesti differenti u jkunu kapaċi jidentifikaw il-funzjoni, l-udjenza u l-karatteristiċi uniċi tagħhom. Il-kors huwa utli għax isiru familjari ma':
- l-istadji li fuqhom imsejjes il-proċess tal-kitba;
- varjetà ta' organizzaturi grafiċi għal ġeneri differenti ta' qari/kitba;
- strateġiji li jridu jużaw qabel, waqt u wara attivitajiet/lezzjonijiet tal-qari u l-kitba fil-klassi tal-primarja.

Għanijiet tal-Kors:

Dan it-taqsima-studju għandu l-għan li:
- issaħħaħ ir-repertorju tal-qari tal-istudenti-għalliema fejn jidħlu qari/kitba fattwali u fittizja;
- tiżviluppa l-għarfien u l-fehim tal-varjazzjonijiet ta' ġeneri ta' qari/kitba - narrattiva, deskrittiva, espożitorja, argumentattiva u tipi oħra marbutin mal-attivitajiet fil-ħajja ta' kuljum;
- tgħin lill-istudenti-għalliema jagħrfu u jħaddmu t-teknika - vuċi (l-ewwel/it-tielet persuna), udjenza, karattri, ambjent, plot, djalogu, ideat, perspettivi, mistoqsijiet, vokabularju, stuttura u stil;
- tgħin lill-istudenti-għalliema jiksbu l-għodda meħtieġa sabiex barra li jkunu jafu ġabra ta' fatti, kunċetti, ideat, prinċipji li jagħtu identità lil kull ġeneru partikolari, ikunu kapaċi jużaw il-kotba tal-iskola u jsibu/joħolqu riżorsi oħra konvenzjonali u diġitali addattati għal attivitajiet li jimplimentaw fil-klassi ma' tfal b'abiltajiet differenti fil-qari u fil-kitba.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim
Fi tmiem ta' dan it-taqsima-studju l-istudenti-għalliema jkunu jistgħu:

- juri li huma midħla u kapaċi jagħrfu ġeneri ta' qari/kitba wieħed minn ieħor;
- jidentifikaw il-karatteristiċi ta' għadd ta' ġeneri ta' qari/kitba popolari li t-tfal jiltaqgħu magħhom fil-proċess tal-ħajja ta' kuljum u li jistipulaw is-sillabi/il-kisbiet mit-tagħlim fis-snin tal-primarja, eżamijiet;
- ikunu konxji u kapaċi jħaddmu organizzaturi grafiċi biex jorganizzaw l-attivitajiet ta' qabel, waqt u wara l-qari għal tfal b'abiltajiet differenti;
- ikunu kapaċi jfasslu attivitajiet ta' qari u kitba twila bħal: SUNETTI/KANZUNETTI, AWTO/BIOGRAFIJI, LEĠĠENDI/ĦREJJEF, FULJETTI, FORMOLI, RIĊETTI, ISTRUZZJONIJIET, DIREZZJONIJIET, RIKLAM, INTERVISTI, RAPPORT (qasir);
- jippjanaw attivitajiet/lezzjonijiet esploratorji biex jgħallmu dawn il-ġeneri ta' qari u kitba mifhuma bħala proċess u prodott;
- iseddqu l-idea li l-lingwa hija ħaġa waħda għalhekk jagħrfu jintegrataw u jinkludu wkoll il-kisbiet li t-tfal fil-primarja jridu jagħmlu fejn jidħlu l-ħiliet tat-taħdit, is-smigħ u l-metalingwa wkoll.

2. Ħiliet:
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- jiskopru xogħlijiet ta' awturi varji li joħorġu kotba informattivi jew immaġinattivi meta jixtru, jissellfu kotba minn libreriji jew waqt fieri;
- jissudaw fil-qari u fil-kitba ta' ġeneri varji għaliex bħala studenti terzjarji u għalliema-prospettivi jkollhom jippreżentaw ħafna dokumentazzjoni waqt it-Taħriġ Prattiku u fl-assenjamenti tul il-kors tal-Università;
- jkunu jafu li kull kitba li tinqara jew l-ideat li jinkitbu jimxu fuq il-prinċipju li ġeneru jinbena biċċa biċċa (parts make up the whole) jew jiżżarma biċċa biċċa (whole is made up from parts);
- il-ħiliet tal-qari u l-kitba jservuhom ta' sors ta' riflessjoni għall-iżvilupp professjonali tagħhom;
- juru ħakma tajba tal-profiċjenza meħtieġa bħala għalliema-prospettivi tal-primarja fil-qari u fil-kitba, taħdit u smigħ kif ukoll "apprezzament u reazzjoni għal testi differenti, tħaddim wiesa' tal-metalingwa fl-oqsma kollha tal-ħajja, għarfien u apprezzament tal-kultura Maltija u l-istorja tal-iżvilupp tal-ilsien nattiv tagħhom" (Il-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim, p. 1).

Biblijografija:

Testi Ewlenin:

- Bajada, M. u Said, S.J. (2007) Illum ser naqraw storja - stħarriġ tal- lezzjoni tal-qari bil-Malti fil-ħames sena tal-primarja, Teżi mhux ippubblikata tal-B.Ed (bl-Unuri), Malta: L-Università ta' Malta
- Attard, C. u Muscat, C. (2014) Iftaħ u skopri: riżorsi teknoloġiċi mfasslin fuq Senduq Buffuri għat-tagħlim tal-qari fil-ħames sena tal-primarja. Teżi mhux ippubblikata tal-B.Ed (bl-Unuri), Malta: L-Università ta' Malta
- Cachia, P.J. u Zammit, S. (2004) Stħarriġ tat-tagħlim tal-poeżija fil-ħames klassi tal-primarja, Teżi mhux ippubblikata tal-B.Ed (bl-Unuri), Malta: L-Università ta' Malta
- Casha, S.(2022) Analiżi ta' kitbiet narrattivi ta-istudenti tas-sitt sena tal-primarja, Teżi mhux ippubblikata tal-M.Ed., Malta: L-Università ta' Malta
- Bezzina, J. (2020) Analiżi tal-iżbalji ortografiċi fil-komponimenti tal-primarja (pp. 21-32), Malta: Dipartiment tal-Malti, L-Università ta' Malta
- Portelli, T. (2012) Ġew l-għasafar jgħiduli: ġabra ta' titli u spunti għal-kitba fil-livell primarju, Malta: Klabb Kotba Maltin
- Scicluna, K. (2017) Nikteb il-Malti tajjeb: Manwal prattiku tal-ortografija, San Ġwann: BDL Publishing
- Lockwood, M. J. (2008) Promoting reading for pleasure in the primary school, London: Sage
- Classroom Complete Press (2015) Graphic organizers for reading comprehension, San Diego: Classroom Complete Press Ltd.

Testi Sekondarji:

- Ramet, A. (2001) Creative writing (3rd ed.), Oxford:How to Books
- Lockwood, M. (2008) Promoting reading for pleasure in the primary school, London: Sage.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Sept. Asst Session Weighting
Assignment Yes 100%

 
LECTURER/S

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit