| CODE | LHE3001 | ||||||||
| TITLE | Il-Profiċjenza fil-Malti | ||||||||
| UM LEVEL | 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course | ||||||||
| MQF LEVEL | 6 | ||||||||
| ECTS CREDITS | 2 | ||||||||
| DEPARTMENT | Languages and Humanities Education | ||||||||
| DESCRIPTION | Din it-taqsima-studju tiffoka fuq it-tħaddim tar-regoli ortografiċi tal-Malti kif ukoll xi kliem jew frażijiet li jintużaw ta' spiss fil-klassi. Barra minn hekk, l-istudenti se jitħarrġu sabiex ikunu kapaċi jiktbu ġeneri differenti ta’ kitba li jintużaw ta’ spiss fl-iskola. Għaldaqstant, din it-taqsima-studju se tgħammar lill-istudenti bil-profiċjenza meħtieġa fil-Malti għar-rwoli tagħhom bħala edukaturi u faċilitaturi fl-Edukazzjoni Inklussiva fil-livell Post-Primarju. B’hekk, ikollhom il-ħiliet meħtieġa sabiex jikkomunikaw b'mod effettiv u preċiż bil-Malti, kemm f'forom miktuba kif ukoll mitħaddta, fl-ambjent skolastiku. Għanijiet tal-Kors: L-għanijiet ta' din it-taqsima-studju huma li l-istudenti: - jaġġornaw ruħhom mal-aħħar deċiżjonijiet li ttieħdu dwar l-ortografija; - ikunu familjari mar-regoli ortografiċi tal-Malti u japplikawhom f’kitbiethom; - jiktbu mingħajr żbalji ortografiċi u grammatikali; - jidentifikaw u jikkoreġu żbalji ortografiċi u grammatikali f’kitbiethom; - jiktbu diversi ġeneri ta' kitbiet relatati mal-edukazzjoni fosthom rapporti, emails, avviżi u ittri, billi jużaw komunikazzjoni ċara u effettiva bil-Malti. - jikkomuikaw oralment b'mod preciz u b'Malti tajjeb. Kisbiet mit-Tagħlim: 1. Tagħlim Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - japplikaw b’mod korrett ir-regoli tal-ortografija, il-grammatika, u s-sintassi f'kitbiethom; - ifittxu l-aġġornamenti fil-Malti miktub; - jidentifikaw u jiktbu ġeneri differenti ta' kitba użata fl-edukazzjoni, bħal rapporti, emails, avviżi, u ittri. 2. Ħiliet Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - jiktbu b'Malti xieraq u skont l-aġġornamenti tal-Malti miktub; - jadattaw kitbiethom skont kuntest formali jew informali; - jidentifikaw, jiktbu u jikkoreġu żbalji ortografiċi u grammatikali bil-Malti f’kitbiethom; - jiktbu b'mod preċiż u fluwenti bil-Malti; - jiktbu għadd ta’ ġeneri ta' kitbiet relatati mal-edukazzjoni permezz ta’ komunikazzjoni ċara u effettiva bil-Malti. Biblijografija: Testi Ewlenin: - Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. (2008). 'Deċiżjonijiet 1.' Malta: Kunsill tal-Malti. - Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. (2018). 'Deċiżjonijiet 2.' Malta: Kunsill tal-Malti. - Cassar, M. (2006). 'Ir-Reqqa tal-Kitba. Gwida prattika ghall-istudenti tal-Malti.' San Ġwann: BDL Publishing. Testi Sekondarji: - Akkademja tal-Malti. (2004). 'Tagħrif fuq il-Kitba Maltija II.' Malta: KKM. - Azzopardi, C. (1997). 'L-Ortografija Uffiċjali tal-Malti: Analiżi Lingwistika Kritika b’Suġġerimenti għal Titjib.'Teżi tal-M.A. Malta: Università ta’ Malta. - Azzopardi, C. (2006). 'Gwida għall-Ortografija: It-taħriġiet.' Santa Venera: Klabb Kotba Maltin. - Camilleri, A. (2001). 'Ifhem u Wieġeb: Taħriġ il-Fehem fil-Malti għall-Eżami fil-Livell taċ-Ċertifikat taʹ l- Edukazzjoni Sekondarja.' Pietà: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. - Scicluna, K. (2017). 'Nikteb il-Malti Tajjeb: Manwal Prattiku tal-Ortografija.' San Ġwann: BDL Publishing. - Muscat, A. u C. D. Saliba (2014). 'Malti aħjar bi sforzi żgħar!' San Ġwann: BDL Publishing. |
||||||||
| STUDY-UNIT TYPE | Lecture | ||||||||
| METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||
| LECTURER/S | AUDREY R GALEA |
||||||||
|
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years. |
|||||||||