CODE | MAL1003 | ||||||||||||
TITLE | L-Ortografija tal-Malti | ||||||||||||
UM LEVEL | 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course | ||||||||||||
MQF LEVEL | 5 | ||||||||||||
ECTS CREDITS | 4 | ||||||||||||
DEPARTMENT | Maltese | ||||||||||||
DESCRIPTION | Din it-taqsima-studju hi mifhuma qabelxejn biex tiżgura li l-kitba tal-istudenti fil-kors tal-Malti tkun safja mill-iżbalji ortografiċi. Fiha jitfissru fid-dettall ir-regoli tal-kitba u ssir enfasi fuq dawk fosthom li l-aktar jinkisru minn min jikteb. Jiġi żgurat ukoll li l-istudenti jkunu aġġornati mal-aktar regoli ortografiċi reċenti. Il-lezzjonijiet jagħtu importanza lill-aspett prattiku u jinqdew b’taħriġiet varji biex iwasslu l-istudenti għal-livell ortografiku mixtieq. Fit-tieni parti tal-kors, flimkien mal-aspett prattiku, issir analizi tal-kriterji lingwistiċi u l-prinċipji li permezz taghhom niddeterminaw kif niktbu. Fiha jigu identifikati wkoll problemi ortografiċi attwali fil-kitba tal-Malti. Għanijiet tal-Kors: Il-miri tat-taqsima-studju huma: - li permezz ta’ taħriġ prattiku, l-istudenti jitgħallmu jiktbu b’Malti ortografiku tajjeb permezz ta' taħriġ prattiku; - li l-istudenti jakkwistaw sfond ġenerali ta’ kif wasalna għar-regoli uffiċjali tal-ortografija; - li l-istudenti jaġġornaw ruħhom mal-aħħar deċiżjonijiet li ttieħdu fl-ortografija; - li tagħmel lill-istudenti konxji mill-prinċipji ortografiċi li qegħdin fil-qiegħ tas-sistema tal-kitba uffiċjali tal-Malti; - li, permezz tad-diskussjoni, l-istudenti jirrealizzaw li l-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji hija rregolata minn ġerarkija fissa; - li l-istudenti jaslu biex ikunu kritiċi ta' xi inkongruwenzi tas-sistema; - li l-istudenti jakkwistaw l-għodod meħtieġa biex ikunu jistgħu jiddiskutu u jsolvu problemi ġodda li jinqalgħu fl-ortografija minn żmien għal ieħor. Kisbiet mit-Tagħlim: 1. Tagħlim: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu: - saħħew l-ortografija tagħhom; - jafu liema huma l-aħħar aġġornamenti fl-ortografija, kif tfasslu u l-għaliex; - jiddistingwu bejn il-prinċipji differenti li li s-sistema tal-kitba bil-Malti hija bbażata fuqhom u jsiru konxji tal-ġerarkija li trid tiġi segwita biex ikunu applikati dawn il-prinċipji; - iħaddmu dawn il-prinċipji biex ikunu jistgħu jiddiskutu u jsolvu problemi ġodda li jinqalgħu fl-ortografija minn żmien għal ieħor. B’dan il-mod ikunu jistgħu jirreaġixxu għal tibdil u sfidi ġodda li qed taffaċċja din is-sistema tal-kitba bil-Malti f’din l-era elettronika; - isaħħu l-ortografija tagħhom bil-Malti. 2. Ħiliet: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - jirrealizzaw li kull kitba bil-Malti għandha tkun miktuba b’ortografija tajba; - jirrealizzaw li l-ortografija tal-Malti, bħal kull sistema ortografika oħra, mhijiex sistema perfetta ta’ kitba u li għad fadal xi problemi u inċertezzi li għad iridu jiġu studjati b’mod serju; - jirrealizzaw li minkejja li lingwa, bħall-Malti, jista’ jkollha l-vokabularju tagħha magħġun minn sorsi differenti, xorta waħda jista’ jkollha sistema ta’ kitba stabbilita; - jirrealizzaw li wara kollox, l-ortografija hija sistema arbitrarja ta’ kif nirrappreżentaw il-ħsejjes tal-lingwa, sistema li, madanakollu hija rregolata minn numru ta’ prinċipji lingwistiċi li xi drabi jirfdu lil xuxlin filwaqt li drabi oħra bġal donnhom imorru kontra xulxin. Biblijografija: - Akkademja tal-Malti. (2004) Tagħrif fuq il-Kitba Maltija II. Malta: KKM. - Azzopardi, C. (1997)L-Ortografija Uffiċjali tal-Malti: Analiżi Lingwistika Kritika b’Suġġerimenti għal Titjib.Teżi tal-M.A. fl-Università ta’ Malta. - Azzopardi, C. (2000) “L-Ortografija”,Il-MaltiLXXIV. Malta: KKM, pp. 71-89. - Azzopardi, C. (2003) Gwida għall-Ortografija. Malta: KKM. - Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. (2008) Deċiżjonijiet 1. Malta: Kunsill tal-Malti. - Mifsud, M. (1999) “Ir-Regoli tal-Kitba tal-Malti”. Il-MaltiLXXIII. |
||||||||||||
STUDY-UNIT TYPE | Lecture | ||||||||||||
METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||||||
LECTURER/S | George Farrugia |
||||||||||||
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years. |