| CODE | MAL1021 | ||||||||
| TITLE | Daħla għal-Lingwistika | ||||||||
| UM LEVEL | 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course | ||||||||
| MQF LEVEL | 5 | ||||||||
| ECTS CREDITS | 2 | ||||||||
| DEPARTMENT | Maltese | ||||||||
| DESCRIPTION | Din it-taqsima għandha żewġ partijiet ewlenin. L-ewwel parti tlaqqa’ lill-istudenti ma’ kunċetti fundamentali tal-lingwistika ġenerali u l-lingwistika Maltija. Fost l-oħrajn, tiffoka fuq il-lingwa bħala sistema kumplessa li tingħażel minn sistemi oħra ta’ komunikazzjoni, bħal dawk li nsibu fost l-annimali. It-tieni parti tintroduċi l-friegħi prinċipali tal-lingwistika li permezz tagħhom il-lingwisti janalizzaw il-lingwa, b’mod partikolari d-dimensjoni tal-ħoss (il-fonetika u l-fonoloġija), il-bini tal-kliem u ta’ unitajiet akbar mill-kelma, bħall-frażijiet u s-sentenzi (il-morfoloġija u s-sintassi) u l-qasam tat-tifsir (is-semantika u l-pragmatika). B’mod sekondarju tittratta wkoll għadd ta’ oqsma interdixxiplinarji bħas-soċjolingwistika, il-psikolingwistika u l-lingwistika komputazzjonali. Għanijiet tal-Kors: L-għanijiet ta’ din it-taqsima huma li l-istudenti: - isiru midħla tal-kunċett bażiċi tal-lingwistika bħala l-istudju sistematiku tal-lingwa; - jagħrfu l-karatteristiċi ewlenin tal-lingwa tal-bnedmin bħala sistema astratta ta’ sinjali u simboli u kif din tingħażel mill-komunikazzjoni tal-annimali; - isiru familjari mal-livelli ewlenin tal-analiżi lingwistitka, jiġifieri l-fonetika u l-fonoloġija, il-morfoloġija u s-sintassi, u s-semantika u l-pragmatika; - jibdew jagħrfu r-rabtiet li hemm ma’ oqsma ta’ studju interdixxiplinarji bħas-soċjolingwistika u l-lingwistika komputazzjonali. Kisbiet mit-Tagħlim: 1. Tagħlim Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu: - jafu liema huma l-oqsma prinċipali li tittratta l-lingwistika ġenerali; - midħla sew ta’ għadd ta’ distinzjonijiet tal-lingwistika, bħall-preskrizzjoni u d-deskrizzjoni, is-sinkronija u d-dijakronija, u r-relazzjonijiet sintagmatiċi u paradigmatiċi; - jistgħu jiddiskutu l-karatteristiċi tal-lingwa tal-bnedmin f’kuntrast ma’ sistemi oħrajn ta’ komunikazzjoni; - jafu janalizzaw il-lingwa skont il-prinċipji bażiċi tal-friegħi ewlenin tal-analiżi lingwistika, u jibdew jagħmlu assoċjazzjonijiet f’waqthom ma’ oqsma sekondarji tal-lingwistika. 2. Ħiliet Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu: - jistgħu jiddiskutu l-karatteristiċi fundamentali tal-lingwa; - kapaċi jiddeskrivu fid-dettall is-sitt friegħi ewlenin tal-analiżi lingwistika; - jafu japplikaw il-kunċetti tal-lingwistika għall-Malti, b’mod partikolari fl-oqsma tal-ħoss, l-istruttura u t-tifsir tas-sinjal lingwistiku; - imħejjija aħjar għall-bqija tat-taqsimiet tal-lingwistika, u sa ċertu punt tal-letteratura, li joffri d-Dipartiment tal-Malti. Biblijografija: - Aitchison J., 1995. Linguistics: An Introduction. London: Hodder & Stoughton. - Akmajian A., Demers R. & Harnish R.M.,1984. Linguistics: an introduction to language and communication, Cambridge, Mass.: MIT Press. - Crystal D., 1987. The Cambridge Encyclopaedia of Language. Cambridge: Cambridge University Press. - Crystal D., 1997. A Dictionary of Linguistics and Phonetics, 4th edition. London: Basil Blackwell. - de Garavito, Joyce Bruhn & John W. Schwieter. 2021. Introducing Linguistics: Theoretical and Applied Approaches. Cambridge University Press. - Fromkin V., R. Rodman & N. Hyams. 2014. An Introduction to Language: 10th Edition. New York: Holt, Reinhart and Winston. - Lyons J., 1981. Language and Linguistics: an introduction. Cambridge: Cambridge University Press. |
||||||||
| STUDY-UNIT TYPE | Lecture and Tutorial | ||||||||
| METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||
| LECTURER/S | Kirsty Azzopardi |
||||||||
|
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years. |
|||||||||