Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1080

 
TITLE In-Narrattiva Maltija tal-Bidu

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Ir-Rumanz tal-Bidu

Il-kors jibda biex jagħti l-iżvilupp tar-rumanz bħala għamla ta’ narrattiva, u jgħaddi biex jiddiskuti l-aspetti ewlenin ta’ rumanz fosthom l-istħajjil, in-nisġa, il-karatterizzazzjoni, u s-sitwazzjonijiet. Joffri wkoll stħarriġ fix-xejriet tematiċi u formali tar-rumanzi tal-bidu fil-Letteratura Maltija li titqiegħed fil-kuntest soċjali tas-seklu dsatax. L-ewwel tentattivi biex jinkiteb ir-rumanz letterarju jiġu spjegati fid-dawl tal-perċezzjoni li kellhom il-kittieba Maltin tal-qagħda tagħhom u ta’pajjiżhom fil-kuntest kolonjali. Issir enfasi fuq il-funzjoni tar-rumanziera tal-bidu fil-ħolqien tal-identità nazzjonali.

In-Novella mill-Bidu sas-Seklu Għoxrin

Dan il-kors jipprovdi l-apparat kritiku biex jiġi analizzat l-iżvilupp tal-ġeneru fl-istorja letterarja Maltija. Waqt li jitqiegħed fil-kuntest ta’ ġeneri narrattivi oħra bħar-rumanz, il-ħrafa, il-leġġenda jew l-exemplum, il-ġeneru tan-novella jiġi studjat għall-kontribut li ta fl-iżvilupp tal-letteratura popolari f’Malta fis-seklu dsatax. Tiġi analizzata fid-dettall il-produzzjoni ta’ kittieba importanti mill-ewwel parti tas-seklu għoxrin, bħal Temi Zammit, Ġużè Ellul Mercer, Ġużè Bonnici u Juan Mamo, biex tiġi apprezzata l-importanza tan-novella fil-mixja mir-Romantiċiżmu għal forom anqas idealisti ta’ kitba.

Għanijiet tal-Kors

Il-kors iservi ta’ introduzzjoni għad-diskussjoni dwar il-ġeneri narrattivi fil-Malti, permezz ta’ diskors teoriku u storiku.

Kisbiet mit-Tagħlim

1. Tagħlim

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jiddistingwu l-ġeneri letterarji narrattivi minn xulxin u jifhmu l-kwalitajiet li jappartjenu għal kull wieħed minnhom.

2. Ħiliet

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jitkellmu u jiktbu b’kunfidenza dwar il-karatteristiċi tan-narrattiva bil-Malti mis-seklu dsatax sal-ewwel tletin jew erbgħin sena tas-seklu għoxrin, u jifhmu l-influwenza li kellhom awturi bħal Ġużè Muscat Azzopardi u Ġużè Ellul Mercer fuq l-iżvilupp tal-letteratura u tal-mod kif jaħsbuha l-Maltin dwarhom infushom.

Biblijografija

Ir-Rumanz tal-Bidu
- Friggieri, O. (1995) L-Istudji Kritiċi Miġbura. Malta: Malta University Services.
- Galea, M. (2010) Ta’ Barra Minn Hawn. Malta: KKM.
- Lodge, D. (1992) The Art of Fiction. Penguin.
- Porter Abbott, H. (2008) The Cambridge Introduction to Narrative.Cambridge: Cambridge University Press.

It-Testi
- Muscat Azzopardi, G. (1886) Ċejlu Tonna.
- Muscat Azzopardi, G. (1893) Ċensu Barbara.
- Muscat Azzopardi G. (1909) Nazju Ellul.
- Muscat Azzopardi, G. (1883) Susanna.
- Muscat Azzopardi, G. (1878) Toni Bajada.
- Muscat Azzopardi, G. (1881) Viku Mason.

In-Novella mill-Bidu sas-Seklu Għoxrin
- Lohafer, S. (2003) Reading for Storyness. Baltimore: The John Hopkins University Press.
- May C.E. (2002) The Short Story: The Reality of Artifice. New York: Routledge.
- May C.E. (ed.) (1994) The New Short Story Theories. Athens: Ohio University Press.
- Vella, M.A. L-Oriġini tan-Novella Maltija: Mil-Libertà tal-Istampa sa Temi Zammit u Ġużè Ellul Mercer, pp. 119-141

It-Testi
- Bonnici, G. (2007) In-Novelli. Malta: L-Għaqda tal-Malti (Università)
- Cassar Pullicino, G. (1985) Ġużè Ellul Mercer– Il-Kitbiet Miġbura. Malta: KKM.
- Mamo, J. (2010) Ġrajja Maltija. Malta: KKM.
- Zammit, T. (1987) Nies bla Sabar u Stejjer Oħra. Malta: Merlin Library Ltd.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Examination (2 Hours) SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S Immanuel Mifsud

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit