| CODE | MAL1110 | ||||||||||||
| TITLE | Kif Niktbu għall-Qarrejja Żgħar: Kors ta' Kitba Kreattiva | ||||||||||||
| UM LEVEL | 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course | ||||||||||||
| MQF LEVEL | 5 | ||||||||||||
| ECTS CREDITS | 4 | ||||||||||||
| DEPARTMENT | Maltese | ||||||||||||
| DESCRIPTION | Dan il-kors huwa maqsum f'żewġ partijiet: Fl-ewwel parti niffukaw fuq il-letteratura għat-tfal billi nagħżlu siltiet mil-letteratura Maltija u barranija ħalli jiġu analizzati t-tekniki li jintużaw mill-awturi. Fit-tieni parti niffukaw fuq il-kitba u l-proċess tal-kitba li għandu jgħin lill-parteċipanti jifhmu iktar l-isfidi li l-kittieba għat-tfal jaffaċċjaw: sfidi bħal minn fejn iġġib l-ideat, kif tibni storja eċitanti u addattata, kif tiżviluppa karattru eċċ. F'din il-parti niffukaw fuq l-istadji kollha tal-proċess tal-kitba mill-abbuzzar sal-kitba u r-reviżjoni u d-diskussjoni. Topiks ewlenin: 1. L-esplorazzjoni tal-letteratura għat-tfal bħala mudell għall-kitba 2. Fehim tal-proċess tal-kitba 3. Kif tiżviluppa storja: għodod importanti biex tikteb storja bi plott interessanti u addattat għat-tfal iż-żgħar 4. Kif tiżviluppa karattru: għodod importanti biex tiżviluppa karattru 5. Dinjiet differenti li jolqtu l-esperjenzi tat-tfal 6. L-inkoraġġiment ta’ kollaborazzjoni bejn il-pari/jew fi gruppi biex jingħata feedback kostruttiv Għanijiet tal-Kors: - Isiru midħla tal-proċess tal-kitba; - Isiru midħla tal-għodod tan-narrattiva; - Jiktbu sett ta' stejjer għat-tfal; - Jiddiskutu l-proċess tagħhom kif ukoll dak li kitbu; - Jipprovdu feedback kostruttiv li jimmotiva lill-kittieba biex jiktbu aħjar. Kisbiet mit-Tagħlim: 1. Tagħlim: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - Jifhmu l-proċess tal-kitba u l-istadji tiegħu; - Japplikaw il-proċess tal-kitba fil-prattika; - Jiddiskutu u janalizzaw il-karatteristiċi ta’ ktieb għat-tfal; - Jippjanaw u jiktbu sett ta’ stejjer qosra għat-tfal; - Jagħtu u jirċievu feedback pożittiv u kostruttiv b’mod effettiv. 2. Ħiliet: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - Il-kreattività; - Il-komunikakazzjoni; - Il-ħsieb kritiku u analitiku; - Il-kollaborazzjoni. Biblijografija: Testi Ewlenin: - Browne, Anthony. Changes. Red Fox, 1995. - Ellul, Leanne, and Stephanie Bugeja. Noè u l-Iskojjattlu bla Kwiet. Merlin Publishers, 2022. - Geeta, V., and Giedrė Jankevičiūtė. Another History of the Children’s Picturebook: From Soviet Lithuania to India. J. Paul Getty Museum, 2017. - Herbauts, Anne. What Colour Is the Wind? Book Island, 2016. - De Lestrade, Agnès. Il-Fabbrika tal-Kliem. Translated by Clare Azzopardi, Merlin Publishers, 2015. - Salisbury, Martin, and Morag Styles. Children's Picturebooks: The Art of Visual Storytelling. Laurence King Publishing, 2012. - Sendak, Maurice. Where the Wild Things Are. Harper & Row, 1963. - Watanabe, Issa. Migrants. Gecko Press, 2020. - Żahra, Trevor. Koronata Traskurata. Merlin Publishers, 2021. |
||||||||||||
| STUDY-UNIT TYPE | Lecture and Tutorial | ||||||||||||
| METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||||||
| LECTURER/S | Clare Azzopardi |
||||||||||||
|
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years. |
|||||||||||||