Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1153

 
TITLE In-Narrattiva Maltija mill-Bidu sar-Rumanz tan-Nazzjon

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION In-Narrattiva tal-Bidu: Gazzetti u Faxxikli

Din it-taqsima-studju tiggwida lill-istudenti lejn is-sorsi primarji li jiffurmaw in-narrattiva Maltija tal-bidu, u tinvolvi avviċinamenti analitiċi, bibljografiċi, u bijografiċi lejn dawn is-sorsi. It-taqsima-studju tinkludi diskussjoni, riċerka u tagħlim, fid-dawl tal-fatt li s-suġġett għadu mhux iddokumentat u mistħarreġ kritikament b’mod eżawrjenti,speċjalment ladarba l-materjal studjut hu magħmul minn bosta sorsi primarji mhux ippubblikati u mhux magħrufin biżżejjed. It-taqsima-studju tinkludi metodi ta’ riċerka daqskemm prattika assessjata ta’ tiftix fis-sorsi primarji, kif ukoll lezzjonijiet dwar l-awturi u x-xejriet narrattivi stabbiliti mogħtijin fid-diversi sfondi teoriċi relevanti.

It-taqsima-studju tittratta temi bħall-metodi ta’ riċerka (ir-riżorsi disponibbli, il-mogħdijiet tat-tiftix, is-sorsi sekondarji relatati, studju ta' każ); bħall-isfond storiku-kulturali u storiku-letterarju; bħall-kunċetti teoriċi soċjo-politiċi (ħarsa ġdida lejn il-folkor, in-nazzjonal-popolari Gramscjan, id-dominanti u s-subaltern, id-distinzjonijiet bejn il-popolari, il-popolareġġjanti, u l-popolaresk, il-letteratura popolari, is-soċjoloġija elementari tal-letteratura u l-proċessi tal-produzzjoni tagħha); bħall-proto-narrattiva orali ta’ Dun Xand Cortis u tal-kittieba ta’ Is-Sebħ u x-Xirka Xemia; bħall-estetika u l-kritika taż-żmien; bħall-investigazzjoni u katalogar ta’ ġeneri, stili, u żviluppi narrattivi oħra differenti; bħall-esponenti ewlenin u gruppi ta’ kittieba (Wistin Levanzin, Manwel Dimech, Juann Mamo, Ġużè Bonnici, Temi Zammit, Nikol Biancardi, il-minuri u l-minimi, u awturi oħra mhux ippubblikati); bħall-idea tar-realiżmu; bħall-istampa bit-Taljan u mogħdijiet għar-riċerka tagħha; u bħall-editorija, l-infrastruttura li rifdet il-produzzjoni letterarja, u l-paratesti.

Ir-Rumanz tan-Nazzjon: Minn Żmien l-Ispanjoli sa Żmien l-Ingliżi

Ir-rumanz storiku Romantiku kien wieħed mill-għodod ewlenin għall-kostruzzjoni tal-immaġinarju nazzjonali Malti f’idejn il-kittieba Maltin mit-tieni nofs tas-seklu 19 ’il quddiem. Anton Manwel Caruana jintroduċi l-lingwaġġ u t-tematika ewlenija tan-nazzjon tal-awturi Romantiċi f’Ineż Farruġ tal-1889, li jitqies bħala l-ewwel rumanz letterarju Malti. Bħal kittieba Ewropej li kellhom missjoni patrijottika simili, Caruana joħloq ġrajja prinċipali mistħajla fuq l-isfond ta’ perjodu storiku partikulari ta’ Malta li tissuġġerixxi, fost l-oħrajn, l-omoġeneità kulturali tal-komunità Maltija u l-karatteristiċi pożittivi li, skont din in-narrattiva Romantika Maltija, jiddistingwuha mill-barranin, ħafna drabi ħajjiena. Dan il-kors jipproponi qari kritiku tar-rumanz Romantiku tan-nazzjon li kien protagonista tan-narrattiva Maltija sal-ewwel nofs tas-seklu 20, kemm fid-dawl tal-perjodu storiku u l-kultura letterarja li sawruh kif ukoll fid-dawl tal-analiżi kontemporanja tal-kostruzzjoni tan-nazzjon.

Għanijiet tal-Kors:

Dan il-kors għandu l-għan li jpoġġi n-narrattiva Maltija tal-bidu u r-Rumanz tan-nazzjoni f’relazzjoni ma’ fatturi soċjali, politiċi, u bijografiċi taż-żmenijiet li nkitbu fihom, b’tali mod li n-narrattiva ma tidhirx bħala produzzjoni artistika iżolata mir-realtà li nebbħitha.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jirrivalutaw il-potenzjali tad-dinamika letterarja Maltija tal-perjodu;
- jagħrfu ġeneri prolifiċi iżda li għadhom ma ġewx studjati wisq, bħan-novella, u jiksbu indikazzjonijiet ġodda għal riċerka potenzjali f’dan il-qasam;
- indikazzjonijiet ġodda għal riċerka potenzjali f’dan il-qasam;
- isiru midħla tat-teorija kontemporanja dwar in-nazzjon u n-nazzjonaliżmu;
- jagħrfu dawk il-karatteristiċi narrattivi li flimkien isawru rakkont tan-nazzjoni.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jiddistingwu bejn perjodu jew ġeneru letterarju u ieħor, kif ukoll jevalwaw il-perjodu jew il-ġeneru bħala żvilupp estetiku fuq ta’ qablu, f’kuntest dinji u fid-dawl ta’ fatturi soċjali, politiċi, u bijografiċi, u b’hekk jagħrfu n-narrattiva tal-bidu u r-rumanz tan-nazzjoni skont l-evoluzzjoni tagħhom bħala forom artistiċi.

Biblijografija:

In-Narrattiva tal-Bidu: Gazzetti u Faxxikli

Qari Bażiku:

- Aquilina, Ġ. (1962) Antoloġija ta’ Proża Maltija 1 & 2. Malta: A.C.Aquilina & Co.
- Aquilina, Ġ., P.P. Saydon. (1962) Ward ta’ Qari Malti – It-Tieni Ktieb. Malta: A.C.Aquilina & Co.
- Bonnici, Ġ. (2007) In-Novelli. Malta: Għaqda tal-Malti – Università.
- Cassar Pullicino, Ġ. (1985) Ġużè Ellul Mercer – Il-Kitbiet Miġbura. Malta: KKM.
- Mifsud Chircop, Ġ. (1991) Il-praspar miktuba minn Dun Xand Cortis (edizzjoni kritika). Malta: PEG.
- Sapienza, A. A checklist of Maltese periodicals and newspapers in the National Library of Malta (formerly Royal Malta Library) and the University of Malta library.
- Portelli, S. (2000) A Bibliography of Nineteenth-Century Periodicals in the National Library of Malta Collection. Malta: National Library of Malta.
- Vella, M.A. (1997) L-Oriġini tan-Novella Maltija: mil-Libertà tal-Istampa sa Temi Zammit u Ġużè Ellul Mercer. Teżi tal-BA (Unuri).
- Vella, M. (2010) Juann Mamo – Ġrajja Maltija. Malta: KKM.

Qari Supplimentari:

Kotba

- Briffa, C. (1999) In-Novella Maltija. Malta: PIN.
- Briffa, C. (2003) Ir-Rumanz Malti sa nofs is-Seklu Għoxrin. Malta: PIN.
- Brincat, J. (1991-92) “Il-Veriżmu f’Malta – Mill-buzzett sal-ewwel rumanz verista,” Journal of Maltese Studies 21-22, pp. 91-112
- Cassar Pullicino, Ġ. (1984) Ġużè Muscat Azzopardi. Malta: KKM.
- Chetcuti, Ġ. (1989) “L-Iżvilupp Storiku tan-Novella fil-Letteratura Maltija,” Tlaqna għal Rasna u Stejjer Oħra. Malta: SKS.
- Friġġieri, O. (1979) Saġġi Kritiċi. Malta: Aquilina & Co.
- Friġġieri, O. (1979) Storja tal-Letteratura Maltija. Malta: KKM.
- Friġġieri, O. (1988) “Prospettive veriste nella narrativa maltese,” Malta e Sicilia. Continuità e continguità linguistica e culturale, ed. Sardo-Soravia. Catania: CULC.
- Friġġieri, O. (1995) L-Istudji Kritiċi Miġbura. Malta: MUS.
- Vella, M. A. (1997) L-Oriġini tan-Novella Maltija: mil-Libertà tal-Istampa sa Temi Zammit u Ġużè Ellul Mercer. Teżi tal-BA (Unuri)

Sfond storiku-kulturali, ġurnaliżmu, stampa bit-Taljan

- Bonello, V., B. Fiorentini, L. Schiavone. (1963) Echi del Risorgimento a Malta. Malta: Comitato della Società Dante Alighieri.
- Cassola, A. (1992) “Malta,” L’Italiano nelle regioni: lingua nazionale e identità regionali. Francesco Bruni ed. Torino: UTET.
- Cassola, A. (2011) Lost Maltese Newspapers of the 19th Century. Malta: Tumas Fenech Foundation for Education in Journalism.
- Chircop, J. (1991) The Left within the Maltese Labour Movement. Malta: Mireva.
- Portelli, S. (2010) La stampa periodica in italiano a Malta. Malta: Malta University Press.

L-artikli relatati elenkati fi:

https://www.um.edu.mt/__data/assets/pdf_file/0016/116413/Biography_and_Bibliography_Dr_Sergio_Portelli.pdf

Ir-Rumanz tan-Nazzjon: Minn Żmien l-Ispanjoli sa Żmien l-Ingliżi

Qari Bażiku:

- Aquilina, Ġ. (2003) Taħt Tliet Saltniet. Malta: Klabb Kotba Maltin.
- Caruana, A.M. (2001) Ineż Farruġ. Malta: Klabb Kotba Maltin.
- Galea, Ġ. (2001) Żmien l-Ispanjoli. Malta: Klabb Kotba Maltin.

Qari Supplimentari:

- Anderson, B. (2006) Imagined Communities. Reflections on the Origin and Spread of Nationalism. Revised Edition. London: Verso.
- De Groot, J. (2010) The Historical Novel. London: Routledge.
- Friggieri, O. (1979) Storja tal Letteratura Maltija I. Malta: KKM.
- Friggieri, O. (1995) Il-Kuxjenza Nazzjonali Maltija. Lejn Definizzjoni Storika-Kulturali. Malta: PEG.
- Galea, M. Ed. (2011) Ta’ Barra minn Hawn. Ir-Razza u r-Radika fil-Letteratura Maltija. Malta: L-Akkademja tal-Malti, Klabb Kotba Maltin.
- Grima, A. (2011)“Minn Kull Xorta ta’ Qżież.” Dun Karm u l-Konfini tal-Identità fil-Mument tal-Metafora. Malta: Dipartiment tal-Malti, l-Università ta’ Malta u l-Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar. (jinstab fil-librerija)
- Grima, A. (2003) “Dominant Metaphors in Maltese Literature.” Unpublished Ph.D dissertation. Malta: University of Malta.
- Smith, A. D. (2010) Nationalism. Theory, Ideology, History. 2nd. edn. Cambridge, UK: Polity.

 
ADDITIONAL NOTES L-applikant irid ikollu r-rekwiżiti mitlubin mill-Kors sħiħ tad-Diploma, jiġifieri r-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta, kif ukoll il-grad C jew ogħla fil-Matrikola Avvanzata tal-Malti.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM1 Yes 50%
Examination (1 Hour) SEM1 Yes 50%

 
LECTURER/S

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit