Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL2016

 
TITLE Dokumenti Qodma bil-Malti

 
UM LEVEL 02 - Years 2, 3 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Minħabba li l-Malti dam ma kiseb l-istat ta' lsien uffiċjali, fl-imgħoddi qajla nkiteb u għalhekk m’għandniex ħafna dokumenti miktubin bih.

F’dan il-kors se jsir apprezzament lingwistiku tal-kitbiet qodma ewlenin bil-Malti biex nagħrfu l-bidla storika li l-Malti għadda minnha. Niddiskutu l-valur tat-toponimi medjevali, dokumenti mill-Arkivju tal-Inkwiżitur, prietki manuskritti u l-ewwel katekiżmu.

Għanijiet tal-Kors

- L-istudenti tingħatalhom opportunità jsiru jafu mill-qrib l-eqdem dokumenti bil-Malti.
- L-istudenti jitgħallmu jorbtu r-riċerka li ssir f’dipartimenti oħra, bħal tal-Istorja, mal-istudju tagħhom.

Kisbiet mit-Tagħlim

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti:

- jagħrfu kemm it-tibdil huwa proċess naturali fil-lingwa.
- jifhmu kif xi eċċezzjonijiet fil-Malti Modern għandhom għeruqhom fil-bidla storika.
- jitgħallmu jistudjaw kitbiet qodma.
- jitgħallmu fuq il-potenzjalità għar-riċerka li joffri arkivju bħal tan-nutara.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti:

- jitgħallmu jittraskrivu dokumenti storiċi miktubin bil-Malti.
- janalizzaw testi qodma biex minnhom jisiltu tagħrif fuq il-fonoloġija u l-morfoloġija storika tal-Malti.

Biblijografija:

- Fenech Reno, “Il-prietki bikrin: għajn ewlenija għall-istorja tal-Malti”, Il-Malti (2011), 52-74.
- Vella, Olvin. (2006) L-Għejun tal-Istorja ta l-Ilsien Malti. Teżi tal-M.A. L-Università ta’ Malta.
- Wettinger, G. (2000) Place-names of the Maltese Islands: ca. 1300-1800. Malta.
- Wettinger, G. (2006) Kliem Malti Qadim. Malta.
- Wettinger, G. & Fsadni, M. (1983) Il-Għanja ta’ Pietru Caxaru: Poeżija bil-Malti Medjevali. Malta.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Oral Examination SEM2 Yes 20%
Project SEM2 No 30%
Transcription SEM2 No 50%

 
LECTURER/S

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit