| CODE | MAL2017 | ||||||||||||||||
| TITLE | Il-Pjanifikazzjoni Lingwistika | ||||||||||||||||
| UM LEVEL | 02 - Years 2, 3 in Modular Undergraduate Course | ||||||||||||||||
| MQF LEVEL | 5 | ||||||||||||||||
| ECTS CREDITS | 4 | ||||||||||||||||
| DEPARTMENT | Maltese | ||||||||||||||||
| DESCRIPTION | Matul il-kors issir distinzjoni ċara bejn politika lingwistika, kultura lingwistika u pjanifikazzjoni lingwistika. Issir diskussjoni kif elementi mhux lingwistiċi bħall-ekonomija, l-istorja u d-drittijiet ċivili jinfluwenzaw il-pjanifikazzjoni lingwistika u kif l-identifikazzjoni tas-saħħa tagħhom fil-fażi bikrija tal-ippjanar tista' tissarraf f'suċċess għall-pjanifikazzjoni. Għanijiet tal-Kors: - L-istudenti jiġu introdotti għal dan il-qasam biex jikseb għarfien tal-proċessi li jwasslu biex tinbidel l-imġiba lingwistika. - L-istudenti japplikaw it-tagħrif mislut mill-qari fuq l-esperjenzi barranin għas-sitwazzjoni lokali. Kisbiet mit-Tagħlim 1. Tagħlim: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - jagħrfu elementi differenti tal-pjanifikazzjoni, bħall-ippjanar tal-istat u tal-korp, u fl-istess ħin jagħrfu kif iż-żewġ elementi huma interdipendenti. - jiksbu għarfien fuq l-istorja tal-pjanifikazzjoni lingwistika f'Malta u x'qed jitwettaq bħalissa. - ikejlu l-limiti, is-suċċessi u l-fallimenti fil-pjanifikazzjoni f'kuntest usa' li jinkludi analiżi tal-effetti tal-qagħda storika, politika, ekonomika, eċċ. 2. Ħiliet: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - iqisu l-fatturi li se jgħinuhom jippjanifikaw il-lingwa b’suċċess. - jiġġudikaw minn qabel il-limiti ta’ ċerti proġetti u x’jista’ jitħejja aħjar biex dawn il-limiti jegħlbuhom. Biblijografija: - Borg, A. & Mifsud, M. (2005) “Il-Pożizzjoni tal-Malti f’Malta”, Il-Malti LXXVII: 6-16. - Cooper, R. (1989) Language Planning and Social Change. Cambridge: CUP. - Frendo, H. (1975) “Language and nationality in an island colony: Malta”, Canadian Review of Studies in Nationalism 3: 22-33. - Vella, O. (1997) Il-Pjanifikazzjoni Lingwistika. Teżi tal-B.A. (Unuri), l-Università ta’ Malta. |
||||||||||||||||
| STUDY-UNIT TYPE | Lecture | ||||||||||||||||
| METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||||||||||
| LECTURER/S | Thomas Pace Olvin Vella |
||||||||||||||||
|
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years. |
|||||||||||||||||