Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL2050

 
TITLE Il-Partijiet tad-Diskors

 
UM LEVEL 02 - Years 2, 3 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Din it-taqsima-studju teżamina kritikament il-metodu tradizzjonali (nozzjonali) kif il-kliem tal-lingwa jinġabar fi klassijiet grammatikali u juri n-nuqqasijiet tiegħu. Minflok jipproponi l-metodu formali li jinvolvi l-morfoloġija u s-sintassi. Dan l-eżerċizzju jsir b’referenza għal għadd ta’ lingwi minn madwar id-dinja: uħud għandhom l-istess partijiet tad-diskors li għandu l-Malti u oħrajn huma radikalment differenti, ngħidu aħna, għax m’għandhomx aġġettivi jew avverbi. F’każi bħal dawn, it-taqsima-studju tistudja x’jiġri f’dawn il-lingwi biex jesprimu tifsiriet li f’lingwi oħra jġorruhom dawn il-partijiet tad-diskors.

Għanijiet tal-Kors:

- Li twassal biex l-istudenti japprezzaw aħjar l-identità tal-lingwa materna tagħhom bis-saħħa ta’ paraguni ma’ lingwi jew differenti ħafna minnha jew li jixxiebhu magħha;
- Li tagħmel distinzjoni bejn kriterji nozzjonali u kriterji morfo-sintattiċi;
- Li turi kif tapplika elementi tal-morfoloġija u s-sintassi biex tikkategorizza l-partijiet tad-diskors;
- Li turi d-diffikultajiet li jinvolvu d-distakk bejn il-forma ta’ espressjoni u l-funzjoni tagħha.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

- Sa tmiem it-taqsima-studju l-istudenti jkunu jistgħu jħaddmu l-kriterju formali biex jidentifikaw il-partijiet tad-diskors tal-Malti u jiddistingwi l-forma grammatikali ta’ kelma mill-funzjoni grammatikali tagħha f’kuntest morfo-sintattiku speċifiku;
- Bis-saħħa ta’ dan l-apparat kritiku, l-istudenti jkunu jistgħu jħallu warajhom it-tagħlim tal-grammatika Maltija li kienu familjari miegħu sal-livell sekondarju, fejn kollox isib postu b’mod pulit, jew f’regola, jew f’eċċezzjoni għar-regola, u jkunu kapaċi, il-Malti jittrattawh bħala dik is-sistema kumplessa fuq fomm il-kelliem nattiv li l-ħin kollu niskopru ħwejjeġ ġodda dwarha.

2. Ħiliet:

- Sa tmiem it-taqsima-studju l-istudenti jkunu jistgħu jħaddmu l-kriterju formali biex jidentifikaw il-partijiet tad-diskors tal-Malti u jiddistingwi l-forma grammatikali ta’ kelma mill-funzjoni grammatikali tagħha f’kuntest morfo-sintattiku speċifiku;
- Bis-saħħa ta’ dan l-apparat kritiku, l-istudenti jkunu jistgħu jħallu warajhom it-tagħlim tal-grammatika Maltija li kienu familjari miegħu sal-livell sekondarju, fejn kollox isib postu b’mod pulit, jew f’regola, jew f’eċċezzjoni għar-regola, u jkunu kapaċi, il-Malti jittrattawh bħala dik is-sistema kumplessa fuq fomm il-kelliem nattiv li l-ħin kollu niskopru ħwejjeġ ġodda dwarha.

Biblijografija:

Qari Baziku:

- Schachter, P. u Shopen, T. ‘Parts of Speech Systems’ f’ Shopen, T. (ed.) Language Typology and Syntactic Description (it-tieni edizzjoni) - Cambridge: CUP, 2007, pp.1-60.
- Anderson, S.R. ‘Inflectional Morphology’ f’Shopen, T. (ed.) Language Typology and Syntactic Description Cambridge: CUP, 1985, pp.162-201.
- Crystal, D. ‘Grammatical categories’ The Cambridge Encyclopedia of Language Cambridge, CUP, 1987.
- Hockett, C.F. ‘Grammatical Categories’ f’A Course in Modern Linguistics New York: Macmillan, 1958.
- Qari supplementari (biex lill-istudenti jgħinhom japplikaw il-qafas ġenerali għall-istruttura tal-Malti):
- Amaira, M. Il-Kategoriji Grammatikali tal-Malti L-Università ta’ Malta, Teżi tal-M.A., 2014.
- Borg, A. ‘Il-partijiet tad-diskors fil-Malti’ f’Massa, D. (ed.) Malta: Esplorazzjoni Dgħajsa Karti Il-Fakoltà tal-Arti, L-Università ta’ Malta, 2001, pp.134-142.
- Borg, A. u M. Azzopardi Alexander Maltese. Lingua Descriptive Grammars. Londra u New York: Routledge, 1997.

 
RULES/CONDITIONS In TAKING THIS UNIT YOU CANNOT TAKE LIN2020

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Examination (1 Hour) SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S Joseph Buttigieg

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit