| CODE | MAL2055 | ||||||||
| TITLE | Teoriji tal-Letteratura | ||||||||
| UM LEVEL | 02 - Years 2, 3 in Modular Undergraduate Course | ||||||||
| MQF LEVEL | 5 | ||||||||
| ECTS CREDITS | 4 | ||||||||
| DEPARTMENT | Maltese | ||||||||
| DESCRIPTION | Il-kors jagħti dehra ġenerali ta’ prinċipji ewlenin tat-teorija letterarja mifruxin mill-era klassika sas-seklu wieħed u għoxrin. B’hekk jidhru n-natura tal-letteratura, il-valur u l-użu tagħha, kif ukoll it-teorija li tistrieħ fuqha. Il-kors jittratta dawn ix-xogħlijiet ta’ kritika Klassika: Ion, Phaedrus u Ir-Repubblika ta’ Platun, Il-Poetika ta’ Aristotli, u De Arte Poetica ta’ Orazju, kif ukoll it-teorija neo-Platonista ta’ Plotinu. Fl-istess kors jiġu ttrattati wkoll dawk it-teoriji ċentrali tas-seklu għoxrin, li għad għandhom importanza kbira l-lum il-ġurnata: il-Kritika l-Ġdida, il-Formaliżmu, il-Marxiżmu u l-Femminiżmu. B’dawn l-iskejjel ta’ kritika l-kors jesplora r-relazzjoni fundamentali kittieb-test-qarrej, relazzjoni li tingħata interpretazzjonijiet differenti jekk mhux ukoll kuntrarji mit-teoriji varji li jiġu ttrattati. Issir ukoll referenza għal teoriji letterarji oħrajn bħar-Romantiċiżmu, li, iżda, jiġu ttrattati fil-fond f’korsijiet oħrajn, biex b’hekk l-istudenti jingħataw firxa pjuttost wiesgħa tat-teoriji tal-letteratura. Għanijiet tal-Kors: Dan il-kors iwassal biex l-istudenti jkollhom għarfien tat-teoriji fundamentali tal-letteratura mill-Klassiċi sal-lum il-ġurnata. Kisbiet mit-Tagħlim: 1. Tagħlim Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - jagħrfu jiddistingwu bejn avviċinamenti differenti għall-apprezzament letterarju; - japprezzaw l-iżvilupp storiku tat-teorija letterarja matul iż-żmien; - japprezzaw ir-rabta bejn teoriji politiċi- soċjali u l-letteratura. 2. Ħiliet Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - japplikaw it-teoriji letterarji ta’ skejjel differenti għat-test; - iwessgħu l-parametri tagħhom fl-evalwar ta’ test letterarju. Biblijografija: Ara l-lista ta' qari |
||||||||
| STUDY-UNIT TYPE | Lecture | ||||||||
| METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||
| LECTURER/S | Immanuel Mifsud |
||||||||
|
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years. |
|||||||||