Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL2150

 
TITLE Id-Djalett Sqalli u l-Element Sqalli fil-Malti

 
UM LEVEL 02 - Years 2, 3 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Din it-taqsima-studju għandha erba’ partijiet ewlenin. L-ewwel parti tittratta l-iżvilupp storiku tad-djalett Sqalli mil-Latin Vulgari u l-influwenza tal-Għarbi u tal-Grieg Biżantin. It-tieni parti tiddeskrivi l-istruttura tad-djalett ta' Sqallija (il-morfoloġija, is-sintassi, il-fonoloġija u l-lessiku). It-tielet parti tħares lejn il-varjetajiet tal-Isqalli miktuba u mitkellma mis-seklu erbatax sal-lum f’Malta. Ir-raba' parti tinkludi assenjament minn għażla ta' temi msejsa fuq l-“Atlante Linguistico della Sicilia”.

Għanijiet tal-Kors:

Fi tmiem it-taqsima-studju l-istudenti se jkunu kisbu għarfien sod tad-djalett ta' Sqallija u b'hekk ikollhom bażi xierqa għal studji komparattivi tal-Malti mal-varjetajiet Sqallin, speċjalment fil-qasam tal-fonoloġija u l-lessiku.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- jagħrfu l-etimoloġija ta’ kliem Malti ta’ nisel Sqalli, inkluż kliem li ġarrab bidliet morfoloġiċi u sintattiċi sostanzjali;
- jagħmlu distinzjoni bejn il-kliem Malti ta' nisel Sqalli u ta’ nisel Taljan, u b'hekk jieħdu idea taż-żmien li fih ikunu daħlu;
- jagħrfu l-proċessi tal-elementi Sqallin li baqgħu produttivi sal-lum, u josservaw ukoll kif dawn il-proċessi qed jiġu applikati għall-kliem Ingliż ta’ nisel Latin jew Franċiż li fil-Malti qed jiġu Siċiljanizzati;
- isiru konxji tal-ħolqien ta' kliem ġdid fil-Malti fuq kliem b’bażijiet Sqallin, u b’hekk jifhmu li l-kuntatt fil-Malti mhux biss passiv imma fih element qawwi ta' kreattività.

2. Ħiliet
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- jiddeskrivu fid-dettall il-bidliet li għadda minnhom il-kliem Sqalli li ġie addottat u addattat fil-Malti;
- jagħrfu n-nisel areali tal-kliem mill-Isqalli fil-Malti permezz tal-“Vocabolario Siciliano” (VS) u tal-“Atlante Linguistico della Sicilia” (ALS);
- isiru familjari mad-dizzjunarji specjalizzati u jitgħallmu jużawhom;
- jifhmu kif ifittxu f'dokumenti antiki, bħal tal-Arkivju Notarili u tal-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni li qiegħed fil-Bibljoteka tal-Katidral tal-Imdina.

Biblijografija:

Testi Ewlenin:

- Brincat, Joseph M., Maltese and other languages. A linguistic history of Malta, Malta, Midsea Books, 2011, 2019² (496 pages). (Chapters 1-6, 238 pages). OR Il-Malti. Elf sena ta’ storja, Malta, PIN, 2000, 2005². (Kapitli 1-6, 121 paġna).
- Ruffino, Giovanni, Sicilia, Bari, Editori Laterza, 2001 (190 pages). Series: Profili linguistici delle regioni.

Testi Sekondarji:

- Trovato, Salvatore C., La Sicilia, in I dialetti italiani. Storia, struttura, uso. M. Cortelazzo, C. Marcato, N. De Blasi, G.P. Clivio (eds.), Torino, UTET, 2002, pp. 834-897.
- Caracausi, Girolamo, Arabismi medievali di Sicilia. Palermo, CSFLS, 1983 (444 pages).
- Varvaro, Alberto, Lingua e storia in Sicilia. Dalle guerre puniche alla conquista normanna. Palermo, Sellerio, 1981 (263 pages).
- Vocabolario Siciliano, G. Piccitto, G. Tropea, S. Trovato, Palermo, CSFLS, vols. 1-5, 1977-2002.
- Għar-riċerka: Atlante Linguistico della Sicilia. Direttore Giovanni Ruffino, 40 volum.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit