| CODE | MAL2166 | ||||||||
| TITLE | It-Tradizzjoni Orali | ||||||||
| UM LEVEL | 02 - Years 2, 3 in Modular Undergraduate Course | ||||||||
| MQF LEVEL | 5 | ||||||||
| ECTS CREDITS | 2 | ||||||||
| DEPARTMENT | Maltese | ||||||||
| DESCRIPTION | Il-qasam tat-tradizzjoni orali jiġbor fih firxa wiesgħa ta' attivitajiet lingwistiċi u kulturali li se jiġu analizzati fid-dawl tax-xogħol li sar mir-riċerkaturi ewlenin tal-passat, minn Ġużè Cassar Pullicino u Ġużè Aquilina sa Guido Lanfranco, Anton F. Attard, Ġorġ Mifsud Chircop, Marlene Mifsud Chircop, Paul P. Borg, Ġużi Gatt, u Steve Borg. Din it-taqsima-studju tifli l-ħidma li saret f’dan il-qasam u tinqeda bi studji u kriterji akkademiċi aġġornati fil-qasam tal-etnografija, bħax-xogħol ta' Luisa Del Giudice, biex tirrivaluta t-tradizzjonijiet orali li ġew studjati u tikkunsidra oqsma li s'issa ma tqisux bħala parti mit-tradizzjoni orali Maltija. Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' din it-taqsima-studju huwa li tħeġġeġ lill-istudenti jsiru riċerkaturi tal-oralità Maltija huma wkoll u għalhekk tippreżentalhom l-għodod metodoloġiċi biex iwettqu r-riċerka tagħhom fil-komunità u b'hekk jinvolvu ruħhom fil-ġbir u d-dokumentazzjoni tal-oqsma tat-tradizzjoni orali Maltija. Għanijiet tal-Kors: L-għan ta’ din it-taqsima-studju hu li tinroduċi lill-istudenti għall-qasam tat-tradizzjoni orali, tlaqqagħhom mal-protagonisti u l-oqsma ewlenin tat-tradizzjoni orali Maltija, u tistimulahom jagħmlu aktar riċerka sistematika f’dan il-qasam. Kisbiet mit-Tagħlim: 1. Tagħlim: Fi tmiem din it-taqsima studju l-istudenti se jkunu kapaċi jiddefinixxu t-tradizzjoni orali, jagħrfu t-temi ewlenin li jaqgħu taħtha, u jidentifikaw is-sehem ewlieni tal-persunaġġi li ġabru u stħarrġu t-tradizzjoni orali Maltija. 2. Ħiliet: Sa tmiem din it-taqsima-studju l-istudenti se jagħrful-oqsma ewlenin tat-tradizzjoni orali Maltija u fejn tinħtieġ aktar riċerka. Se jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ kif jiġbru, jittraskrivu, jiddokumentaw u jinterpretaw il-materjal orali. Biblijografija: Qari Bażiku: - Cassar Pullicino, Ġ. (1975). Il-Folklore Malti. Malta: L-Università Rjali ta' Malta. - Lanfranco, G. (2018). Minn Fomm il-Poplu. Malta: Klabb Kotba Maltin. - Mifsud Chircop, Ġ. (1999). L-Għana Malti: Biblijografiji u Materjal ieħor għar-riċerka. - Finlayson, R. (1992). Oral Traditions and the Verbal Arts. A Guide to Research Practices. London-N.York. - Turin, M, Wheeler, C, Wilkinson, E (2013) Oral literature in the Digital Age: archiving orality and connecting with communities. Open Book. Publishers. Cambridge. - When Our Words Return Writing, Hearing, and Remembering Oral Traditions of Alaska and the Yukon, Edited by Phyllis Morrow and William Schneider, UTAH STATE UNIVERSITY PRESS, Logan, Utah 1995. - Oral History, Oral Culture, and Italian Americans, Edited by Luisa Del Giudice, 2009, PALGRAVE MACMILLAN. - www.tradizzjoniorali.org |
||||||||
| STUDY-UNIT TYPE | Lecture | ||||||||
| METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||
| LECTURER/S | Yanika Schembri Fava |
||||||||
|
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years. |
|||||||||