| CODE | MAL3012 | ||||||
| TITLE | Is-Sekwenza tal-Verbi fil-Malti | ||||||
| UM LEVEL | 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course | ||||||
| MQF LEVEL | 6 | ||||||
| ECTS CREDITS | 2 | ||||||
| DEPARTMENT | Maltese | ||||||
| DESCRIPTION | Fil-Malti hemm tipi differenti ta' sentenzi: sentenzi bi frażi verbali sempliċi, sentenzi mingħajr verb, u sentenzi b’għadd ta' verbi wara xulxin. Din it-taqsima tesplora dan it-tielet tip u tiddiskuti l-karatteristiċi morfosintattiċi, temporali u aspettwali tal-verbi li jieħdu sehem f’sekwenzi verbali billi, fost l-oħrajn, tqabbilhom ma’ sekwenzi f’ilsna oħrajn. Ngħidu aħna, f’lingwi Indo-Ewropej, bħall-Ingliż u l-Ġermaniż, f’binjiet simili ġeneralment jintuża l-infinittiv, jew aħjar forma li tagħmilha ta' infinittiv. Fil-Malti, li m’għandux forma morfoloġika ta' din ix-xorta, tintuża sekwenza ta’ verbi wara xulxin f’kuntesti li fihom il-lingwi msemmija jkollhom verbi finiti b’verbi fl-infinittiv warajhom. Study-Unit Aims: L-għan ta' din it-taqsima studju huwa li l-istudenti jiffamiljarizzaw ruħhom mas-sekwenza ta' verbi fil-Malti. Fl-istess waqt, huma jifhmu aħjar kif oqsma lingwistiċi differenti jitlaqqgħu flimkien biex naslu għat-tlissiniet li nipproduċu. Ngħidu aħna, għad li kull verb li jkun parti mis-sekwenza jista' jokkorri fil-perfett, fl-imperfett jew fl-imperattiv, ikun hemm xi restrizzjonijiet fuq il-forma li l-verbi jistgħu jokkorru fiha (qabbel 'mar jixtri' u 'mar xtara' ma' 'ried jixtri' u *'ried xtara'). B'hekk, permezz ta' din it-taqsima, l-istudenti jagħrfu r-rabta sfiqa bejn il-morfoloġija u s-sintassi filwaqt li jqisu r-rwol ċentrali tas-semantika. Learning Outcomes: 1. Knowledge & Understanding: By the end of the study-unit the student will be able to: L-istudenti jkunu jafu liema huma l-karatteristiċi tas-sekwenza ta' verbi fil-Malti, u jsiru konxji li din il-binja fil-Malti tilqa' tipi differenti ta' verbi, jew elementi li jġibu ruħhom ta' verbi. Fi kliem ieħor, l-istudenti jifhmu d-differenza bejn il-verbi tradizzjonali, il-psewdoverbi u l-verbi impersonali, u jagħrfu li, minkejja li huma differenti minn perspettiva morfoloġika, jistgħu xorta jieħdu sehem fil-katina verbali. Apparti dan, l-istudenti jifhmu li ma nistgħux nanalizzaw is-sekwenza verbali mingħajr ma nħarsu lejn is-semantika, ladarba l-imġiba morfosintattika hi ftit jew wisq ikkundizzjonata mit-tifsir partikolari tal-verbi. 2. Skills: By the end of the study-unit the student will be able to: L-istudenti, barra li jkunu kapaċi jagħrfu sekwenza tal-verbi fil-Malti, jirnexxilhom saħansitra jiddistingwuha minn fenomeni simili bħar-raising. Isiru konxji wkoll ta' kif kull verb li jkun parti mis-sekwenza jikkontribwixxi fit-tifsir, kemm lessikali u kemm grammatikali. Dan ifisser li l-istudenti jkunu jistgħu jżarmaw sekwenza verbali biex jaraw kif tinbena verb verb, filwaqt li jikkunsidraw fatturi oħra li jaffettwaw il-forma finali tas-sekwenza. Fost l-oħrajn, jitgħallmu jqisu s-semantika tal-verbi li jkunu parti mill-binja u ż-żmien li s-sitwazzjoni tkun ankrata fih. Main Text/s and any supplementary readings: Qari Essenzjali: -Azzopardi, K. (2019). Il-verbi f’sekwenza fil-Malti [Teżi tal-BA bl-Unuri]. L-Università ta’ Malta. -Azzopardi, K. (2022). Phasal verbs in the Maltese verb sequence [Teżi tal-Maġisteru]. L-Università ta’ Malta. -Camilleri, M. (2016). Temporal and Aspectual auxiliaries in Maltese [Teżi tad-Dottorat, L-Università ta' Essex]. -Stolz, T. (2009). Splitting the verb chain in modern literary Maltese. In B. Comrie, R. Fabri, E. Hume, M. Mifsud, T. Stolz, & M. Vanhove (Eds.), Introducing Maltese Linguistics (pp. 133-179). Amsterdam/Philadelphia: John Benjamins. Qari Supplimentari: -Fabri, R., & Borg, A. (2017). Modifiers and complements within the Maltese verb sequence. In B. Saade, & M. Tosco (Eds.), Advances in Maltese Linguistics (pp. 67-86). Berlin: De Gruyter Mouton. -Maas, U. (2009). Complex predicates in Maltese. In B. Comrie, R. Fabri, E. Hume, M. Mifsud, T. Stolz, & M. Vanhove (Eds.), Introducing Maltese Linguistics (pp. 113-132). Amsterdam/Philadelphia: John Benjamins. -Peterson, J. (2009). “Pseudo-verbs”: An analysis of non-verbal (co-) predication in Maltese. In B. Comrie, R. Fabri, E. Hume, M. Mifsud, T. Stolz, & M. Vanhove (Eds.), Introducing Maltese Linguistics (pp. 181-204). Amsterdam/Philadelphia: John Benjamins. (Ix-xogħlijiet kollha jinsabu l-librerija jew huma aċċessibbli minn fuq Hydi, ħlief dak ta' Camilleri (2016). Dan qiegħed online fir-repożitorju tal-Università ta' Essex: https://repository.essex.ac.uk/17171/) |
||||||
| STUDY-UNIT TYPE | Lecture and Tutorial | ||||||
| METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||
| LECTURER/S | Kirsty Azzopardi |
||||||
|
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years. |
|||||||