Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL3056

 
TITLE Teorija u Estetika Letterarja

 
UM LEVEL 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 6

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Il-kors jagħti ħarsa ġenerali lejn teoriji estetiċi Maltin mit-tmiem is-seklu dsatax sa nofs is-seklu għoxrin u jeżaminahom b’referenza għal teoriji li l-istudenti diġà jkun saru midħla tagħhom f’korsijiet oħrajn. Tingħata ħarsa lejn il-mod kif ir-Romantiċiżmu kellu effett fuq teoristi Maltin bħal Ġan Anton Vassallo u Nicola Zammit u l-ġenerazzjoni ta’ wara rrappreżentata primarjament minn Dun Karm, Karmenu Vassallo u Ġużè Aquilina. Fl-estetika Maltija jiġi kkunsidrat ukoll kif il-Moderniżmu influwenza t-teoriji estetiċi tal-kittieba ewlenin tat-tieni nofs tas-seklu għoxrin.

It-tieni parti tal-kors tagħti dehra ġenerali ta’ teoriji li ma ġewx ittrattati f’korsijiet oħrajn obbligatorji: il-Psikanaliżi Freudjana u l-effett tagħha fuq l-analiżi tal-letteratura, it-Teorija tar-Rispons tal-Qarrej u t-teoriji letterarji LGBTIQ+ li huma fost l-aħħar żviluppi fit-teorija letterarja.

Għanijiet tal-Kors:

L-għanijiet ta’ dan il-kors huma li l-istudenti:
- ikollhom għarfien tat-teorija estetika Maltija minn tmiem is-seklu dsatax sas-seklu għoxrin;
- jiksbu għarfien usa’ tat-teorija letterarja kontinentali tas-seklu għoxrin u kontemporanja;
- japprezzaw ir-rabta bejn il-letteratura u fenomeni soċjali u politiċi tal-perjodi diskussi.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- jagħrfu jiddistingwu bejn avviċinamenti differenti għall-apprezzament letterarju;
- japprezzaw l-iżvilupp storiku tat-teorija letterarja matul iż-żmien;
- japprezzaw ir-rabta bejn teoriji politiko-soċjali u l-letteratura;
- japprezzaw l-influwenza ta’ teoriji letterarji kontintentali fuq it-teorija letterarja lokali.

2. Ħiliet
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- japplikaw it-teoriji letterarji ta’ skejjel differenti għat-test;
- iwessgħu l-parametri tagħhom fl-evalwar ta’ test letterarju;
- jirriflettu aktar fuq l-isfond wiesa’ li jinforma t-teorija lokali.

Biblijografija:

Testi Ewlenin:

- Josette Attard (2011) Storja tal-Estetika Letterarja Maltija
- Sigmund Freud (1900) The Interpretation of Dreams
- Introductory Lectures on Psychoanalysis
- Stanley Fish (1980) Is There a Text in this Class?: The Authority of Interpretive Communities
- Louise Rosenblatt (1978) The Reader, the Text, the Poem: The Transactional Theory of the Literary Work.
- Michel Foucault (1978) The History of Sexuality I
- Judith Butler (1990) Gender Trouble
- Donald Hall (2003) Queer Theories
- Romario Sciberras (2019) Konfini, Silenzji u Mergħat: Aspetti Queer fil-Letteratura Maltija, b’Referenza - Speċjali Għal Bep, [Teżina tal-BA (Hons), l-Università ta’ Malta]
- Immanuel Mifsud (2014) “Exposed Women and the Hidden Visibility of Male Bodies”, The Contested and the Poetic: Gender and the Body, editjat minn Amanda Stone 15-24.

Qari Supplementari:

- Vincent Leitch (2014) Literary Criticism in the 21st Century
- Daniel Morris (2016) Not Born Digital: Poetics, Print Literacy, New Media
- Lois Tyson, (2006) Critical Theory Today
- Nikki Sullivan (2003) A Critical Introduction to Queer Theory.

 
RULES/CONDITIONS Before TAKING THIS UNIT YOU MUST TAKE MAL2055

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S Justine Somerville

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit