Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL5000

 
TITLE Il-Metodoloġija tal-Qasam Magħżul ta' Riċerka

 
UM LEVEL 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course

 
MQF LEVEL 7

 
ECTS CREDITS 5

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION L-għan ta’ din it-taqsima hu li tlaqqa’ lir-riċerkaturi mal-kunċetti u l-għodod neċessarji biex ifasslu proġett ta’ riċerka b’mod sistematiku. Matul it-taqsima l-istudenti (a) jiltaqgħu ma’ bosta perspettivi teoretiċi, (b) isiru midħla ta’ metodi ta’ riċerka kwalitattivi u kwantitattivi, (ċ) jitrawmu fil-proċess tar-riċerka empirika u fil-bini ta’ metodoloġija msejsa fuq il-kunċetti u t-teoriji tal-istudju tal-lingwa, (d) jiksbu ħiliet prattiċi fil-qari kritiku ta’ studji li jinqdew b’metodoloġiji differenti, u (e) jitħarrġu fil-ġbir, id-dokumentazzjoni u l-analiżi tal-materjal lingwistiku u/jew letterarju.

Għanijiet tal-Kors:

Din hi taqsima-studju prattika li hi maħsuba biex, fost l-oħrajn, tlaqqa’ lill-istudenti ma’ metodoloġiji ta’ riċerka differenti, turihom kif ifasslu u jiktbu l-ħarsa kritika tat-teżi, tħarriġhom fl-użu ta’ stil ta’ kitba bħall-MLA jew l-APA, u turihom kif jippreżentaw u jiddiskutu s-sejbiet u r-riżultati.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- jifhmu x’inhu mistenni minnhom fil-kitba ta’ teżi fil-livell ta’ MA;
- jfittxu s-sorsi ewlenin u minnhom jagħżlu l-partijiet rilevanti għar-riċerka tagħhom;
- jagħmlu r-referenzi xierqa bi stil ta’ kitba bħall-MLA jew l-APA;
- jfasslu kitba fit-tul għall-proposta ta’ riċerka u għal taqsimiet ewlenin bħall-metodoloġija u l-ħarsa kritika tat-teżi.

2. Ħiliet:
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- jfasslu proposta ta’ riċerka;
- jiddiskutu metodoloġiji ta’ riċerka differenti u japplikawhom għall-istudju tagħhom;
- jiktbu l-ħarsa kritika bir-referenzi u bl-istil xierqa;
- jippreżentaw is-sejbiet tar-riċerka tagħhom bil-kitba u bil-fomm.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S Kirsty Azzopardi
Bernard Micallef
Immanuel Mifsud
Justine Somerville

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit