Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL5004

 
TITLE L-Istorja mhux Miktuba

 
UM LEVEL 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course

 
MQF LEVEL 7

 
ECTS CREDITS 5

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Il-kwistjoni tal-istorja letterarja, jiġifieri kif nirrakkontaw l-istorja ta’ letteratura partikulari, hija marbuta, kif jgħidu René Wellek u Austin Warren fix-xogħol klassiku tagħhom fuq it-teorija letterarja tal-1949, mal-idea tagħna tal-konfini bejn il-kitba letterarja u mhux letterarja. Dan ifisser li l-istorja nirrakkontawha skont il-fehmiet u l-gosti dejjem jinbidlu tagħna marbutin mal-letteratura. Il-kritiku ewlieni tas-seklu għoxrin Malti, Oliver Friggieri, interpreta l-iżvilupp storiku tal-arti letterarja bil-Malti minn perspettiva li minn banda kienet Romantika, nazzjonalista u Kattolika, u mill-banda l-oħra kienet Modernista. Dan għamlu f’mument storiku meta pajjiż ċkejken li kien għadu kemm kiseb l-Indipendenza politika ried jistabbilixxi identità kulturali permezz ta’ letteratura indiġena li tilleġittimizza l-aspirazzjonijiet nazzjonalistiċi u fl-istess ħin “universalistiċi” tiegħu. Din it-taqsima tipproponi modi oħrajn kif nirrakkontaw l-istorja tal-letteratura Maltija li tqis poetika u ġeneri oħrajn, fosthom l-importanza tar-Realiżmu bħala ġeneru u mbagħad bħala tendenza ġenerali, ir-rumanzi sofor u roża, il-polizjesk, ir-rumanzi tal-faxxikli, l-għana u taqbil popolari, ir-rakkonti tal-vjaġġi, l-esej, il-letteratura online, fejn jisfumaw sew il-konfini tal-letteratura.

Għanijiet tal-Kors:

L-għanijiet ta’ din it-taqsima-studju huma dawn:

- Li jingħata għarfien profond tat-teorija klassika dwar l-istorja letterarja, bl-iżviluppi ewlenin tagħha;
- Li jinkiseb għarfien tat-teoriji li sfidaw l-ideat klassiċi dwar kif tinkiteb l-istorja ta' letteratura partikulari;
- Li l-metodoloġija tal-kitba tal-istorja letterarja minn perspettivi differenti napplikawha għal-letteratura Maltija;
- Li l-interpretazzjoni tal-letteratura inġenerali u tal-letteratura Maltija sservi bħala spunt biex l-istudenti jirriflettu fuq kif ix-xejriet individwali, fosthom ideoloġiċi u estetiċi, tal-istoriċi u l-kritiċi tal-letteratura u x-xejriet taż-żmien li fih jiktbu jsawru l-istorja letterarja li jiktbu.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- Ipoġġu t-teoriċi ewlenin tal-istorja letterarja fil-kuntest storiku tagħhom;
- Jiddefinixxu u japplikaw prinċipji fundamentali tal-istorja letterarja għal-letteratura Maltija;
- Juru li jaf li n-natura inkompleta u progressiva tal-kitba tal-istorja letterarja;
- Juru li jaf li l-kitba tal-istorja letterarja tistrieħ ħafna fuq l-ideat li jkollhom dawk li jiktbuha fuq x'inhi l-letteratura u x'inhuma l-funzjonijiet ewlenin tagħha.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- Jinterpretaw xogħol letterarju b’mod aktar miftuħ u dinamiku;
- Iħaddmu applikazzjonijiet ġodda ta’ modi tradizzjonali kif jiġi interpretat il-post ta' test letterarju fl-istorja ta' letteratura partikulari;
- Jirriflettu fuq kif testi differenti jista' jkollhom rilevanza u funzjonijiet differenti għal qarrejja f'kuntesti differenti;
- Japplikaw b’mod produttiv l-ideoloġiji u l-pożizzjonijiet kulturali tagħhom li bilfors jaffettwaw il-qari tagħhom.

Biblijografija:

Testi Ewlenin:

- Aloisio, David. Id-djalettika tal-kanonu: il-kuntest letterarju Malti. Teżi tad-Dottorat. L-Università ta’ Malta, 2021.
- Bru, Sascha, Ben De Bruyn and Michel Delville. Editors. Literature Now. Key Terms and Methods for Literary History. Edinburgh UP, 2016.
- Cassar Pullicino, Ġużè. Il-Kitba bil-Malti sal-1870. PIN, 2001.
- Cassar Pullicino, Ġużè. Kitbiet Oħra tas-Seklu Dsatax. PIN, 2002.
- Friggieri, Oliver. Storja tal-letteratura Maltija: volum I: il-poeżija mill-bidu sa Dun Karm. Klabb Kotba Maltin, 1979.
- Jauss, Hans Robert. “Literary History as a Challenge to Literary Theory.” New Literary History, Vol. 2, No. 1, A Symposium on Literary History (Autumn, 1970), pp. 7-37. http://www.jstor.org/stable/468585.
- Kolbas, Dean. Critical Theory and the Literary Canon. Westview Press, 2001.

Testi Sekondarji:

- Eagleton, Terry. Literary Theory : An Introduction. Anniversary edition. U of Minnesota P, 2008.
- Fokkema, Douwe Wessel. Literary history, modernism, and postmodernism. John Benjamins, 1984.
- Habib, M. A. R. A history of literary criticism: from Plato to the present. Blackwell, 2005.
- New Literary History. Ed. Bruce Holsinger. Johns Hopkins UP.
- Perkins, David. Is Literary History Possible. John Hopkins UP, 1992.
- Todd, Janet. Feminist literary history : a defence. Polity, 1988.
- Valdes, Mario J. and Linda Hutcheon. “Rethinking Literary History - Comparatively.” ACLS Occasional Paper, No. 27. American Council of Learned Societies, 1994. https://www.acls.org/wp-content/uploads/2021/11/Occasional_Paper_027_1994.pdf
- Wellek, René and Austin Warren. Theory of Literature. Harcourt, Brace and Co., 1949.
- Williams, Jeffrey. "Rewriting Literary History: An Interview with Showalter." Symploke, vol. 20, no. 1-2, 2012, p. 355-370.

Nota: Ma’ dawn it-testi teoretiċi se jissemmew xogħlijiet oħrajn minn ġeneri, perjodi u awturi tal-letteratura Maltija li jipproponu storja letterarja differenti minn dik li rrakkontajna sal-lum.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM1 50%
Presentation (20 Minutes) SEM1 50%

 
LECTURER/S Adrian Grima

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit