| CODE | MAL5006 | ||||||||
| TITLE | Il-Ġisem u l-Letteratura | ||||||||
| UM LEVEL | 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course | ||||||||
| MQF LEVEL | 7 | ||||||||
| ECTS CREDITS | 5 | ||||||||
| DEPARTMENT | Maltese | ||||||||
| DESCRIPTION | L-għan ta’ din it-taqsima-studju huwa li, permezz ta’ qari teoriku, il-ġisem jibda jitqies bħala sit ta’ kontestazzjoni u għaldaqstant kull referenza għalih, hija intrinsikament poliltika. Għaldaqstant it-taqsima titlaq mill-premessa li l-ġisem għandu storja u li din hija marbuta mal-kuntest kulturali fejn dan il-ġisem jappartjeni u maż-żmien li fih qiegħed jiffunzjona. It-taqsima-studju tistħarreġ kif anki l-letteratura, kemm dik lokali kif ukoll dik barranija, tiġbor fiha l-elementi politiċi li jsawru lill-ġisem bħala avveniment diskursiv. Għanijiet tal-Kors: - Li tintroduċi lill-istudenti għan-nozzjoni tal-ġisem bħala avveniment diskursiv; - Li tintroduċi lill-istudenti għall-kunċett tal-ġisem bħala sit ta’ kontestazzjoni; - Għaldaqstant li tiġi kkuntestata kull idea li d-diskors dwar il-ġisem jew ix-xbihat tiegħu fil-letteratura, jistgħu jkunu newtrali; - Li l-istudenti jistħarrġu l-ġisem fis-sitwazzjonijiet kollha tiegħu permezz ta’ stħarriġ dwar il-ġmiel, il-kruha, il-mostrożità, il-mard, l-erotiżmu u l-ispirtwalità tal-ġisem materjali. Kisbiet mit-Tagħlim: 1. Tagħlim: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - Japprezzaw li mqar l-iċken referenza għall-korp uman hija riżultat ideoloġiku; - Japprezzaw il-prinċipju li kull fenomenu li jiffunzjona f'soċjetà, inkluż il-ġisem uman, għandu storja; - U allura, la l-fenomenu anki fiżiku huwa riżultat tal-istorja, għandu assoċjati miegħu proċessi politiċi li, fl-aħħar mill-aħħar, huma relazzonijiet ta' poter; - Jifhmu li l-ġisem huwa sit ta' poter. 2. Ħiliet: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - Jinterpretaw il-ġisem bħala narrazzjoni u jagħrfu l-element politiku ta’ din in-narrazzjoni; - Jittrattaw testi letterarji Maltin bi strumenti teoriċi li jgħinuhom jagħrfu l-ekonomija ideoloġika li tinforma r-referenzi korporji; - Jaddottaw teoriji minn dixxiplini differenti għall-istudju tal-letteratura; - Jagħtu preżentazzjoni argumentattiva dwar testi letterarji Maltin. Biblijografija: Testi Ewlenin: - Berger, John. Ways of Seeing. BBC, 1972. - Blood, Sylvia. Body Work: The Social Construction of Women’s Body Image. Routledge, 2005. - Butler, Judith. Bodies that Matter: On the Discursive Limits of “Sex”. Routledge, 1993. - Gender Trouble: Feminism and the Subversion of Identity. Routledge, 1990. - Cixous, Hélène. ‘The Laugh of the Medusa.’ Tradott minn Keith Cohen u Paula Cohen. Signs, vol. 1 nru 4, 1976, pp. 875-893. - Forth, Christopher. Masculinity in the Modern West: Gender, Civilization and the Body. Palgrave Macmillan, 2008. - Foucault, Michel. The History of Sexuality I. Tradott minn Robert Hurley, Random House, 1978. - Hillman, David u Ulrika Maude (edi). The Cambridge Companion to the Body in Literature. Cambridge UP, 2015. - Jeffries, Lesley. Textual Construction of the Female Body: A Critical Dsicourse Approach. Palgrave Macmillan, 2007. - Mulvey, Laura. “Visual pleasure and narrative cinema.” Visual and Other Pleasures, 1989, pp. 14–26, https://doi.org/10.1007/978-1-349-19798-9_3. - Nancy, Jean-Luc. Corpus. Tradott minn Richard A. Rand. Fordham UP, 2008. - Pop, Andrei u Mechtild Widrich (edi). Ugliness: The Non-Beautiful in Art and Theory. I.B. Tauris, 2014. - Saunders, Corinne, Ulrika Maude u Jane Macnaughton (edi). The Body and the Arts. Palgrave Macmillan, 2009. - Tuana, Nancy et al (edi). Revealing Male Bodies. Indiana UP, 2002. - Woolf, Naomi. The Beauty Myth: How Images of Beauty are Used Against Women. Vintage, 1991. Testi Sekondarji: - Moore, Lisa Jean u Mary Kosut (edi). The Body Reader. New York UP, 2010. - Pancino, Claudia (ed). Corpi: Storia, Metafore, Rappresentazioni fra Medioevo ed Età Contemporanea. Marsilio, 2000. - Robb, John u Oliver T. Harris (edi). The Body in History: Europe From the Palaeolithic to the Future. Cambridge UP, 2013. Testi Letterarji: L-istudenti jkollhom ukoll għażla ta’ siltiet minn ġabriet u kotba Maltin. |
||||||||
| STUDY-UNIT TYPE | Lecture | ||||||||
| METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||
| LECTURER/S | Immanuel Mifsud |
||||||||
|
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years. |
|||||||||