Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL5008

 
TITLE Il-Ġeneru u s-Sesswalità

 
UM LEVEL 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course

 
MQF LEVEL 7

 
ECTS CREDITS 5

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Il-ġeneru u s-sesswalità huma parti integrali mid-diskussjoni dwar il-letteratura u l-kultura. Hawnhekk nirriflettu fuq l-identità tal-ġeneru u d-differenza bejn il-ġeneri li ma jinbnewx fuq prinċipji bijoloġiċi imma jissawru f’kuntesti kulturali. Huma magħġuna mil-lingwa u s-soċjetà u riflessi fil-letteratura u fi strutturi ta’ poter. It-taqsima-studju teżamina kif l-irwoli tal-ġeneru u n-normi sesswali jiġu kostruwiti u dekostruwiti fil-letteratura u l-modi li bihom il-letteratura ssaħħaħ l-idea binarja tal-ġeneru jew tmur lil hinn minnha u toffri alternattivi. Dan naslu għalih b’analiżi u applikazzjoni ta’ teoriji Femministi u Queer, minn Mary Wallstonecraft sa Judith Butler. It-taqsima tiffoka, fost l-oħrajn, fuq ir-rappreżentazzjoni tal-identità sesswali, il-femminilità u l-maskulinità, il-maternità u l-paternità, il-ġeneru fluwidu, is-sesswalità trasgressiva, u t-tiswir tas-suġġett bħala mara, raġel jew kwalunke identità tal-ġeneru oħra permezz tal-lingwa letterarja.

Għanijiet tal-Kors:

L-għanijiet ta’ din it-taqsima-studju huma li l-istudenti:

- Jkollhom għarfien ta’ temi ewlenin fl-istudji tal-ġeneru u s-sesswalità;
- Jifhmu kif inbidlu l-attitudnijiet lejn aspetti marbuta mal-ġeneru u s-sesswalità u kif dawn huma riflessi fil-letteratura;
- Jistħarrġu r-rappreżentazzjonijiet tal-ġeneru u s-sesswalità f’għadd ta’ testi letterarji Maltin.

b>Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- Japprezzaw l-irwol ċentrali tal-ġeneru u s-sesswalità fid-diskussjoni dwar ir-rappreżentazzjoni letterarja;
- Jidentifikaw tipi ta’ Femminiżmu li żviluppaw bħala reazzjoni għall-Femminiżmu li ffoka biss fuq l-esperjenzi tan-nisa fil-kulturi tal-Punent, bħall-Femminiżmu postkolonjali u l-Femminiżmu l-Iswed;
- Jiddiskutu teoriji Femministi u Queer u japplikawhom fl-analiżi kritika ta’ testi letterarji differenti.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- Janalizzaw testi letterarji bil-Malti fid-dawl ta’ teoriji ewlenin fl-istudji tal-ġeneru u s-sesswalità;
- Jevalwaw b’mod kritiku u b’terminoloġija xierqa t-tekniki u l-għodod letterarji li jsawru l-ġeneru u s-sesswalità fix-xogħlijiet li jaqraw;
- Ifasslu u jippreżentaw l-argumenti tagħhom b’mod koerenti billi jirreferu għal sorsi akkademiċi validi.

Biblijografija:

Testi Ewlenin:

- Butler, Judith. Gender Trouble: Feminism and the Subversion of Identity. Routledge, 1990.
- Beauvoir de, Simone. The Second Sex. 1949. Vintage, 1997.
- Foucault, Michel. History of Sexuality, vol. 1: The Will to Knowledge. 1976. Penguin, 1998.
- Hall, Donald E. Queer Theories. New York, Palgrave Macmillan, 2003.
- Millett, Kate. Sexual Politics. U of Illinois P, 2000.
- Moi, Toril. Sexual/Textual Politics: Feminist Literary Theory. Routledge, 1985.

Testi Sekondarji:

- Fausto-Sterling, Anne. Sex/Gender: Biology in a Social World, Routledge, 2011.
- Haraway, Donna. Simians, Cyborgs and Women. Routledge, 1991.
- Goodman Lizbeth, editriċi. Literature and Gender. 1996. Routledge, 2015.
- hooks, bell. Feminist Theory: From Margin to Center. 1984. South End P, 2000.
- Kovács, Ágnes Zsófia, u Lászlo B. Sári, edituri. Space, Gender, and the Gaze in Literature and Art. Cambrige Scholars Publishing, 2017.
- Kristeva, Julia. Revolution in Poetic Language, tradott minn Margaret Waller. Columbia UP, 1984.
- Lewis, Reina, u Sara Mills, edituri. Feminist Poscolonial Theory: A Reader. Routledge, 2003.
- Longhurst, Derek, editur. Gender, Genre and Narrative Pleasure. Routledge, 2012.
- Perry, Grayson, The Descent of Men. Allen Lane, 2016.

Ma’ dawn it-testi teoretiċi se jingħataw għadd ta’ siltiet minn perjodi u awturi tal-letteratura Maltija.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Presentation (15 Minutes) SEM2 25%
Assignment SEM2 75%

 
LECTURER/S Adrian Grima
Bernard Micallef
Immanuel Mifsud

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit