| CODE | MAL5009 | ||||||||
| TITLE | Ir-Reliġjon u l-Letteratura | ||||||||
| UM LEVEL | 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course | ||||||||
| MQF LEVEL | 7 | ||||||||
| ECTS CREDITS | 5 | ||||||||
| DEPARTMENT | Maltese | ||||||||
| DESCRIPTION | F’din it-taqsima-studju se tiġi mistħarrġa r-rabta bejn ir-reliġjon u l-letteratura Maltija, jew aħjar il-preżenza, xi minn daqqiet evidenti ħafna, ta’ elementi reliġjużi fil-letteratura. Għal raġunijiet storiċi u kulturali, it-twemmin l-aktar prominenti fil-letteratura lokali huwa l-Kattoliċiżmu, speċjalment – iżda mhux biss – fil-letteratura bikrija. Matul il-kors se jiġu analizzati numru ta’ kitbiet magħżula li jesprimu l-fidi f’dan it-twemmin, iżda wkoll kif id-diskors reliġjuż huwa wkoll wieħed politiku. Il-kors jistħarreġ ukoll kif, minkejja bidliet sostanzjali fit-tessut soċjali Malti, riflessi fil-kitba tas-snin Sittin, u minkejja influssi ta’ natura kulturali daqskemm reliġjuża tipiċi tal-epoka, bħall-interess fir-reliġjonijiet tal-Lvant Imbiegħed, il-Kristjaneżmu baqa’ jokkupa post prominenti fil-ħsieb, fl-ideoloġija kif ukoll fis-simboliżmu tal-letteratura ta’ dak iż-żmien. Fil-qari fil-klassi, l-istudenti se jkunu qegħdin iħarsu wkoll lejn testi b’element spiritwali li mhux bilfors li huwa reliġjuż. Dan il-qari jkun jinkludi testi letterarji kontemporanji, ħirġin f’epoka li qiegħda titqies b’waħda materjalista ħafna u fl-istess waqt għatxana għal tiġdid spiritwali. Għanijiet tal-Kors: - Li tiġi mistħarrġa l-istorja tal-preżenza ta’ temi reliġjużi fl-Arti, partikolarment fil-letteratura; - Li jiġu identifikati l-aspetti storiċi u kulturali li permezz tagħhom ir-reliġjon okkupat post speċjali u prominenti fl-Arti, partikolarment fil-letteratura; - Li jiġu identifikati l-influwenzi ta’ reliġjonijiet differenti fl-Arti, partikolarment fil-letteratura; - Li jiġu mistħarrġa t-trattament u l-interpretazzjoni differenti tal-istess twemmin minn awturi differenti. Kisbiet mit-Tagħlim: 1. Tagħlim: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - Japprezzaw li anki l-influwenzi reliġjużi huma, attwalment, influwenzi kulturali u politiċi; - Jidentifikaw il-modi varji kif l-element reliġjuż ġie espress minn kittieba u f’epoki differenti; - Jagħrfu r-rabtiet li hemm bejn ir-reliġjon u aspetti soċjali u individwali, bħal: is-sesswalità, il-ġeneru, u ż-żmien. 2. Ħiliet: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - Jagħmlu apprezzament ta’ testi letterarji Maltin bi strumenti teoriċi li jgħinuhom jagħrfu l-ekonomija ideoloġika li tinforma r-referenzi reliġjużi; - Jagħtu preżentazzjoni argumentattiva dwar testi letterarji Maltin. Biblijografija: Testi Ewlenin: - Brinkman, Martien E., u Henry Jansen. Jesus Incognito: The Hidden Christ in Western Art since 1960. Rodopi, 2013. - Burns, Paul C. Jesus in Twentieth-Century Literature, Art, and Movies. Continuum, 2007. - Glucklich, Ariel. Sacred Pain: Hurting the Body for the Sake of the Soul. Oxford UP, 2001. - Greenblatt, Stephen. The Rise and Fall of Adam and Eve: The Story That Created Us. W.W.Norton & Company, 2018. - Holderness, Graham. Re-Writing Jesus: Christ in 20th Century Fiction and Film. Bloomsbury, 2015. - Kristeva, Julia. This Incredible Need to Believe. Tradott minn Beverley Bie Brahic. Columbia UP, 2009. - Nancy, Jean-Luc. Noli Me Tangere: On the Raising of the Body. Tradott minn Sara Clift, Pascale-Anne Brault u Michael Naas. Fordham UP, 2008. - Rambuss, Richard. Closet Devotions. Duke UP, 1998. - Walsh, Richard. Reading the Gospels in the Dark: Portrayals of Jesus in Film. Trinity, 2007. - Warner, Marina. Alone of All Her Sex: The Myth and the Cult of the Virgin Mary. Oxford UP, 2016. Testi Sekondarji: - Flasch, Kurt. Eva e Adamo. Tradott minn Tomaso Cavallo. Il Mulino, 2007. - Kristeva, Julia. “Stabat Mater.” Tradott minn Arthur Goldhammer. Poetics Today, vol. 6,nru 1/2, 1985, pp. 133–152. - Luciano, Alessandra. Metafore di Luce. Mimesis, 2022. - Øistein Endsjø, Dag. Sex and Religion: Teachings and Taboos in the History of World Faiths. Tradott minn Peter Graves. Reaktion Books, 2011. - Rubin, Miri. Mother of God: A History of the Virgin Mary. Yale UP, 2010. - Steinberg, Leo. The Sexuality of Christ in Renaissance Art and in Modern Oblivion. U Chicago P, 1983, 1996. Testi Letterarji: - L-istudenti jkollhom ukoll għażla ta’ siltiet minn ġabriet u kotba Maltin. |
||||||||
| STUDY-UNIT TYPE | Lecture | ||||||||
| METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||
| LECTURER/S | Immanuel Mifsud |
||||||||
|
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years. |
|||||||||