| CODE | MAL5014 | ||||||
| TITLE | Il-Belt u l-Iġsma li Jduru Fiha | ||||||
| UM LEVEL | 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course | ||||||
| MQF LEVEL | 7 | ||||||
| ECTS CREDITS | 5 | ||||||
| DEPARTMENT | Maltese | ||||||
| DESCRIPTION | L-għan ta’ din it-taqsima-studju huwa li, permezz ta’ qari teoriku, tiġi analizzata r-relazzjoni tal-bniedem mal-ambjent fiżiku, partikolarment dak urban. Il-kors jistħarreġ kif l-ambjent urban ġie rreġistrat fil-letteratura f’epoki differenti. Il-kors se janalizza kif il-bidliet fil-ħajja ta’ kuljum li seħħew minħabba l-urbanizzazzjoni, ġiebu magħhom bidliet fl-innifsi, fir-relazzjoni tal-bnedmin mal-madwar u r-relazzjoni tagħhom mal-oġġetti u l-inħawi. Dan kollu jikkawża effett inevitabbli fir-reġistrazzjoni letterarja tiegħu u t-taqsima-studju se tara kif l-urbanizzazzjoni ġiet riflessa anki fl-andament letterarju. Għanijiet tal-Kors: - Li tintroduċi lill-istudenti għall-fatt li bidliet fiżiċi fl-ambjent jikkawżaw bidliet (inevitabbli) fil-letteratura; - Li l-istorja tal-urbanizzazzjoni timmarka l-istorja tal-bnedmin u, għaldaqstant, l-istorja letterarja; - Li tintroduċi lill-istudenti għall-kunċett tal-belt bħala realtà li tista’ tiddefinixxi l-innifsi; - Għaldaqstant l-ambjent urban jibda jiġi kkunsidrat anki għal aspetti li mhumiex fiżiċi. Kisbiet mit-Tagħlim: 1. Tagħlim: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - Jinterpretaw il-belt bħala narrazzjoni u jagħrfu l-element politiku ta’ din in-narrazzjoni; - Japprezzaw li r-referenzi għall-ambjent urban iġorru dimensjoni ideoloġika u ‘spiritwali’; - Josservaw kif inbidlu mqar il-lokalitajiet li fihom huma ambjentati l-kitbiet lokali: pereżempju referenzi għal binjiet u lokalitajiet differenti; - Josservaw ukoll kif l-esperjenza urbana ġiebet magħha konsiderazzjonijiet u saħanistra temi differenti fil-letteratura. 2. Ħiliet: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - Jittrattaw testi letterarji Maltin bi strumenti teoriċi provenjenti minn dixxiplini oħrajn fl-analiżi tal-effett tal-urbanizzazzjoni fuq il-kitba u l-kittieba; - Jagħtu preżentazzjoni argumentattiva dwar testi letterarji Maltin. Biblijografija: Testi Ewlenin: - Amato, Joseph Anthony. On Foot: A History of Walking, New York UP, 2004. - Andrews, Kerri. Wanderers: A History of Women Walking, Reaktion Books, 2020. - Armitage, Simon. Walking Home: A Poet’s Journey, Liverlight, 2013. - Klaus Benesch u Francois Specq (edi), Walking and the Aesthetics of Modernity: Pedestrian Mobility in Literature and the Arts, Palgrave, 2016. - Gros, Frédéric. A Philosophy of Walking, tradott minn John Howe, Verso, 2014. - Laporte, Dominique. The History of Shit, tradott minn Nadia Benabid u Rodolphe el-Khoury, MIT Press, 2002. - McNamara, Kevin R. (ed) The City in Literature, Cambridge UP, 2014. - Mifsud, Immanuel. “Islanders in the Metropolis: Victor Fenech’s London Pictures & Other Poems,” Cultural, Culinary and Literary Travel: Celebrating Global Texts, Local Tastes, and London Textures, editjat minn Konrad Gunesch, Interdisciplinary Discourses, 2021, pp 262-274. - Quayson, Ato u Jini Kim Watson (edi). The Cambridge Companion to the City in World Literature. Cambridge UP, 2023. Testi Sekondarji: - Baudelaire, Charles. The Painter of Modern Life and Other Essays, tradott u editjat minn Jonathan Mayne, Phaidon Press, 1995. - Peregalli, Roberto. I Luoghi e la Polvere. La Nave di Teseo, 2022. - Thoreau, Henry David. Walking. 1862, ebook, Orsorum Press, 2002. Testi Letterarji: - L-istudenti jkollhom ukoll għażla ta’ siltiet minn ġabriet u kotba Maltin. |
||||||
| STUDY-UNIT TYPE | Lecture | ||||||
| METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||
| LECTURER/S | |||||||
|
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years. |
|||||||