Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL5015

 
TITLE Il-Kitba Kreattiva: Teorija u Prattika

 
UM LEVEL 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course

 
MQF LEVEL 7

 
ECTS CREDITS 5

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Din it-taqsima-studju tgħin lill-istudenti jiskopru l-qawwa tal-kitba kreattiva fi djalogu ma’ oqsma oħra ta’ studju. Il-kitba kreattiva hija għodda b’saħħitha li tilħaq għanijiet varji: tirrakkonta kuxjenza, tippoetiċizza mument, tfejjaq l-uġigħ, tiftaħ il-feriti. Huma u jagħrfu s-saħħa tal-kelma kif użata f’ġeneri letterarji differenti, l-istudenti jagħrfu kif il-kelma hija użata b’modi speċjali fil-kitba b’differenza minn kif nużawha fil-ħajja ta’ kuljum. Il-prattika tal-kitba sservi bħala għodda biex l-istudenti jinnavigaw il-memorji, l-esperjenzi, u l-ġrajjiet personali u kollettivi. F’lekċers li jwieżnu t-teoretiku u l-prattiku, l-istudenti jimxu mill-istħarriġ tal-istorja tal-arti tal-kelma għad-differenza jew qrubija bejn il-ġeneri; jistħarrġu aspetti varji li jsawru l-ġeneri (bħall-karattri u d-deskrizzjonijiet), aspetti lingwistiċi (bħat-traduzzjoni), u aspetti tekniċi (bħall-editjar) sa ma jaslu għall-pubblikazzjoni li tista’ tieħu s-sura, mhux biss ta’ ktieb, imma anke ta’ preżentazzjoni u att performattiv li jistgħu jwasslu għal xogħol kollaborattiv. Xi temi li se jiġu indirizzati huma:

- Aħna mnejn niktbu?
- Karattri b’karattru

Għanijiet tal-Kors:

L-għanijiet prinċipali ta’ din it-taqsima-studju huma:

- Li tistieden lill-istudenti jħaddmu l-kelma b’mod kreattiv lil hinn mill-konvenzjonijiet ta’ kuljum;
- Li jistħarrġu l-prinċipji u t-tekniki li jsawru x-xogħol letterarju u jagħrfu japplikawhom għal xogħol tagħhom stess;
- Li jagħrfu l-varjetà ta’ ġeneri u l-isfumaturi bejniethom permezz ta’ qari mill-qrib tat-test u l-kitba ta’ xogħol ġdid.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- Jidentifikaw il-possibiltajiet ta’ tifsir il-kelma lil hinn minn tifsiriet letterali kif imħaddma f’testi li jistrieħu fuq il-metafora;
- Jagħrfu l-iktar temi li jolqtuhom sabiex jiżviluppawhom kreattivament;
- Iħaddmu tekniki differenti skont ix-xejra tal-ġeneri nfushom;
- Jgħaqqdu l-ħsieb żviluppat f’xogħol wieħed miktub;
- Jikkritikaw kitbiethom stess b’mod li jtejbuha;
- Jorqmu x-xogħol sal-punt ta’ xi tip ta’ pubblikazzjoni.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- Iħaddmu tekniki differenti skont ix-xejra tal-ġeneri nfushom;
- Jgħaqqdu l-ħsieb żviluppat f’xogħol wieħed miktub;
- Jikkritikaw kitbiethom stess b’mod li jtejbuha;
- Jorqmu x-xogħol sal-punt ta’ xi tip ta’ pubblikazzjoni.

Biblijografija:

Testi Ewlenin:

- Barthes, Roland. “The death of the author.” The Death of the Author, 2004, pp. 74–88, https://doi.org/10.4324/9780203634424-13.
- Cixous, Hélène. “The laugh of the Medusa.” Feminisms, 1975, pp. 347–362, https://doi.org/10.1007/978-1-349-14428-0_21.
- Friggieri, Oliver. L-Idea tal-Letteratura. Klabb Kotba Maltin, 1996.
- Jakobson, Roman. “On linguistic aspects of translation.” The Translation Studies Reader, 2021, pp. 156–161, https://doi.org/10.4324/9780429280641-19.
- Lamott, Anne. Bird by Bird. Anchor Books, 1997.

Testi Sekondarji:

- Bellos, David. Is That a Fish in Your Ear?: The Amazing Adventure of Translation. Penguin Books, 2012.
- Booker, Christopher. The Seven Basic Plots: Why We Tell Stories. Continuum, 2004.
- Cixous, Helène, and Susan Sellers. White Ink: Interviews on Sex, Text and Politics. Routledge, 2014.
- King, Stephen, et al. On Writing: A Memoir of the Craft. Hodder, 2020.
- Oliver, Mary. A Poetry Handbook: A Prose Guide to Understanding and Writing Poetry. Harcourt Brace, 1994.
- Saunders, George, et al. A Swim in a Pond in the Rain: In Which Four Russians Give a Master Class on Writing, Reading and Life. Bloomsbury Publishing, 2022.
- Sontag, Susan. Against Interpretation and Other Essays. Penguin, 2013.
- Woolf, Virginia. Genius and Ink: Virginia Woolf on How to Read. TLS Books, 2020.

Nota: Ma’ dawn it-testi teoretiċi se jingħataw għadd ta’ siltiet minn perjodi u awturi tal-letteratura Maltija (u anke mhux dik Maltija) bħala eżemplifikazzjoni tat-teorija msemmija. Is-siltiet se jkunu kemm ta’ proża kif ukoll ta’ poeżija, u se joffru diversità ta’ stili narrattivi u liriċi, u tematika varjata.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Sept. Asst Session Weighting
Presentation (15 Minutes) 25%
Assignment 75%

 
LECTURER/S

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit