Study-Unit Description

Study-Unit Description

CODE MAL5099

 
TITLE Dissertazzjoni

 
UM LEVEL 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course

 
EQF/MQF LEVEL 7

 
ECTS CREDITS 80

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Dan il-kors jinvolvi riċerka mifruxa u profonda f’qasam speċjalizzat tal-Malti, primarjament fil-qasam lingwistiku jew letterarju. Oqsma oħra kulturali li b’xi mod jistgħu jitqiesu relevanti għal għarfien akbar tal-Malti, kif ukoll dixxiplini oħra li jistgħu jixħtu dawl ġdid fuq l-istess lingwa, jiġu kkunsidrati skont il-każ. Il-kors isegwi proposta dettaljata li trid tiġi ppreżentata mal-applikazzjoni. Din il-proposta għandha tindika aspetti fundamentali tar-riċerka li tkun se titwettaq f’dan il-livell, ngħidu aħna, il-firxa tal-qari meħtieġ, it-testi jew ir-reġistri ewlenin li se jiġu mistħarrġa, il-bażi teoretika li fuqha se tistrieħ il-kitba tat-teżi, il-metodoloġija li se tiġi applikata, u l-għarfien ġdid li r-riċerka se tikkontribwixxi lill-qasam magħżul tal-Malti. Dan il-kors jinvolvi l-qari fit-tul tal-istudji stabbiliti fis-suġġett, kif ukoll il-kitba ta’ teżi mirquma b’korrezzjoni kontinwa. Il-kors jesiġi mill-istudenti l-iżvilupp ta’ vuċi indipendenti u awtorevoli fl-aspett magħżul tal-Malti. L-għarfien kritiku u oriġinali tal-kandidati jinbena matul laqgħat regulari ma’ superviżur speċjalizzat fis-suġġett magħżul għar-riċerka. Fejn tinħass il-ħtieġa, il-kors jinvolvi wkoll laqgħat oħra ma’ kosuperviżur. Dan il-kors jintemm bil-preżentazzjoni ta’ teżi ta’ 50,000 kelma.

 
STUDY-UNIT TYPE Dissertation

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Dissertation and Oral Examination See note below Yes 100%
Note: Assessment due will vary according to the study-unit availability.

 
LECTURER/S

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2026/7. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/courses/studyunit/index.php