Dan il-programm jitratta l-mara f'kuntest reliġjuż. Minħabba li aktarx huma l-femministi li l-aktar li jikkritikaw l-irwol, il-pożizzjoni u t-trattament tal-mara f'dan il-kuntest, se nagħtu ħarsa lejn il-kontribut tal-femminiżmu fejn tidħol ir-reliġjon.
Produzzjoni u preżentazzjoni ta' Dr Pauline Dimech.
Programm 1: X'inhi r-reliġjon?
Programm 2: Il-femminiżmu reliġjon?
Programm 3: Is-sehem tal-mara fil-Konċilju Vatikan II; X'qalu l-Papiet dwar il-mara dawn l-aħħar 50 sena
Programm 4: L-issue tal-gender fir-reliġjon - Prof. Mary Darmanin
Programm 5: It-teoloġija femminista - Ms Sue Midolo
Programm 6: In-natura tal-mara fit-teoloġija - Fr Chris Caruana
Programm 7: Id-Divinità: Kunċett u Lingwagg - Louise Laferla
Programm 8: L-immaġni tal-Mara fl-Iskrittura - Fr Paul Sciberras
Programm 9: Ommijiet il-Knisja - Patri Salvinu Caruana
Programm 10: Il-maternità, verginità u żwieġ - Dr Nadia Delicata
Programm 11: Il-mara fl-Islam - Fr Joseph Ellul
Programm 12: Qdusija, mistiċiżmu u ħajja konsagrata - Fr Charlo Camilleri
Programm 13: Post il-mara fl-istituzzjoni reliġjuza - Fr John Berry
Programm 14: Il-mara, l-ekoloġija u r-religjon - Censu Caruana
Programm 15: Il-Mara, il-Knisja u d-dinja tax-xogħol - Fr Joe Inguanez
Programm 16: Il-Mara nisranija f'kuntest soċjo-politiku - Fr Rene Camilleri
Programm 17: It-tfajla u l-ispiritwalità - Dr Joanne Cassar
Programm 18: Konklużjonijiet u riflessjonijiet