Sensiela li tixhed sehem Lorenzo Milani fil-qasam tal-pedagoġija kritika, il-paċifiżmu u l-katekiżmu impenjat u tinqeda b'ħajjet, ħidmet u kitbet Milani biex tistedinna nanaliżżaw dinjietna u, fl-istess ħin, nimmaġinaw pjaneta differenti minn dik li hi.
Produzzjoni u preżentazzjoni tal-Prof. Carmel Borg Sponsorjat mill-APS Bank.
Programm 1: L-għan tas-sensiela
Programm 2: Deċiżjonijiet importanti
Programm 3: Lorenzo l-qassis u kif interpreta l-għażla preferenzjali favur il-fqir
Programm 4: Tmiem l-ewwel parti tas-sensiela - kontroversji marbutin ma' kelmet, ħidmet u għemil Milani
Programm 5: Il-kuntest ta' Lorenzo Milani (1)
Programm 6: Il-kuntest ta' Lorenzo Milani (2)
Programm 7: Il-kuntest ta' Lorenzo Milani (3)
Programm 8: Ir-relazzjoni bejn Knisja u Stat Taljan (1)
Programm 9: Ir-relazzjoni bejn Knisja u Stat Taljan (2)
Programm 10: Il-kuntest lingwistiku u l-pedagoġija lingwistika ta' Lorenzo Milani
Programm 11: Il-faċċati differenti ta' Lorenzo Milani
Programm 12: Il-pastorali ta' Lorenzo Milani
Programm 13: L-ittra miftuħa minn tmien subien - studenti ta' Lorenzo Milani (1)
Programm 14: L-ittra miftuħa minn tmien subien - studenti ta' Lorenzo Milani (2)
Programm 15: L-ittra miftuħa minn tmien subien - studenti ta' Lorenzo Milani (3)
Programm 16: Il-faċċata paċifista ta' Lorenzo Milani (1)
Programm 17: Il-faċċata paċifista ta' Lorenzo Milani (2)