Ħsieb, twemmin u użanzi - dawk huma l-affarijiet li jagħmlu r-ritwali tagħna, li sena wara sena nesperjenzaw flimkien. Fil-programm Radju Ritwali, sejrin nagħtu ħarsa lejn il-ħafna ritwali reliġjużi u komunitarji li jgħaqqduna flimkien bħala komunità. Ser inħarsu lejn ir-ritwal mhux bħala realtà storika, iżda bħala waħda ħajja X'inhuma l-elementi komuni? Is-simboli wara r-ritwal? Kif jgħixuhom in-nies dawn ir-ritwali? F'dan il-programm, immexxi minn Joseph Galea, ser nitkellmu ma' Giuliana Barbaro-Sant u Alex Vella Gregory fuq il-proġett artistiku u diġitali RITWALI. F'kull programm sejrin nagħtu ħarsa fil-fond lejn aspetti differenti ta' dan il-proġett.
Programm 1: Ir-ritwali llum
Programm 2: Is-sejħa u l-istennija
Programm 3: Ritwali ta' mixi u tberik
Programm 4: Pika u paċi
Programm 5: Imkejjen: Ir-ritwali u l-ispazju
Programm 6: Imkejjen: id-dar
Programm 7: In-nies: il-miġemgħa
Programm 8: In-nies: it-twelid
Programm 9: In-nies: l-ikel tal-festa
Programm 10: In-nies: flus u faqar
Programm 11: In-nies: mard u fejqan
Programm 12: In-nies: in-nisa u r-ritwali
Programm 13: In-nies: il-mewt u t-tama
Programm 1: Is-sema u l-elementi - Michael Deguara
Programm 2: Is-salib - Kanonku Dr Jonathan Farrugia
Programm 3: Ħlejjaq `elestjali u fantastiċi - Dr Omar N'Shea
Programm 4: Id-dar u kull ma fiha - Rachel Radmilli
Programm 5: Armi u armaturi - Matthias Ebejer
Programm 6: Topografija - Dr Reuben Grima
Programm 7: Il-ġisem - Dr Francois Mifsud
Programm 8: L-annimali - Patri Mark Ciantar OFM
Programm 9: Forom u kuluri - Dr Keith Sciberras
Programm 10: Qdusija u umanità - Dr John Agius
Programm 11: Faqar u għana - Francesca Balzan
Programm 12: In-numri - Fr Charlo' Camilleri OCarm
Programm 13: Ġonna u deżert - Dr John Paul Cauchi