Il-Papa Franġisku gab nifs ġdid fil-Knisja. Għal Ottubru sejjaħ Sinodu tal-Isqfijiet biex jaraw kif il-Knisja tista' tgħin lill-familji jilqgħu għall-isfidi l-ġodda li hemm quddiemhom. Fost dawn l-isfidi nsibu forom ġodda ta' familja, problemi ekonomiċi u soċjali; leġiżlazzjoni li tbiddel l-istruttura tal-familji; il-possibilità li koppji divorzjati jitqarbnu, etc. X'se jirnexxilu jagħmel is-Sinodu?
Produzzjoni u preżentazzjoni ta' Rev. Dr Joe Inguanez.
Programm 1: Introduzzjoni: Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Familja (1)
Programm 2: Introduzzjoni: Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Familja (2)
Programm 3: Diskors tal-Papa għall-ftuħ tas-Sinodu
Programm 4: Diskors tal-Papa fl-għeluq tas-Sinodu
Programm 5: Żewġ rapporti kontrastanti
Programm 6: Rapport tas-Sinodu (1)
Programm 7: Rapport tas-Sinodu (2)
Programm 8: Rapport tas-Sinodu (3)
Programm 9: Rapport tas-Sinodu (4)
Programm 10: Inħarsu lejn Kristu: Il-Vanġelu tal-Familja
Programm 11: L-aħħar ħsibijiet dwar ir-rapport
Programm 12: Il-familja fil-pjan t'Alla tas-salvazzjoni
Programm 13: Il-familja fid-dokumenti tal-Knisja
Programm 14: X'jgħid il-Papa dwar l-ittra lill-familji
Programm 15: Il-familja fid-dokumenti tal-Knisja
Programm 16: Il-pastorali man-nies li qegħdin f'relazzjonijiet irregolari
Programm 17: Ir-Rapport tas-Sinodu