Sensiela animata dwar Caravaggio, l-vjaġġi u x-xogħolijiet tiegħu, l-avventuri personali u ħafna kurżitajiet li se jitwasslu mill-attur u animatur Jeremy Grech permezz ta’ sensiela ta’ scripts li qed jinkitbu apposta għas-sensiela. Riflessjonijiet u rakkonti fil-‘first person’ b’doża ta’ komiċita’ u anedotti ma jonqsux. (Jeremy huwa wkoll gwida ewlieni fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann fejn jwassal ix-xogħolijiet ta’ Caravaggio fl-istil uniku tiegħu).