Sensiela li żżomm kumpanija lis-semmiegħa permezz ta' għażla ta' mużika varjata li tiffoka fuq xogħlijiet klassiċi. Barra minn hekk il-programmi jinkludu kontribuzzjoni ta' mistiedna li jitkellmu dwar diversi temi artistiċi, li jvarjaw minn arti viżiva għal forom oħra ta' kultura.
Is-sensiela għandha produzzjoni u preżentazzjoni ta' Dr Silvio J. Camilleri.
Programm 1: Fr Marius Zerafa jitkellem dwar l-artist Anton Inglott
Programm 2: Fr Marius Zerafa jitkellem dwar l-artist Josef Kalleya
Programm 3: Robert Zahra jitkellem dwar il-kunċett ta' essenza fl-arti
Programm 4: Dr Jes Grixti jitkellem dwar Igor Stravinsky
Programm 5: Dr Jes Grixti jitkellem dwar Bela Bartok
Programm 6: Dr Jes Grixti jitkellem dwar Henryk Gorecki
Programm 7: Robert Zahra jitkellem dwar l-iSkola tal-Arti
Programm 8: Fr Marius Zerafa jitkellem dwar l-artisti Frans Galea, Oliver Agius u Frank Baldacchino
Programm 9: Dr Jes Grixti jitkellem dwar Anton Bruckner
Programm 10: Dr Jes Grixti jitkellem dwar il-mużika tiegħu
Programm 11: Robert Zahra jitkellem dwar Antonio Sant'Elia u Mario Sironi
Programm 12: Robert Zahra jitkellem dwar l-arti tiegħu
Programm 13: Dr Anna Borg Cardona titkellem dwar il-mużika fl-ibliet Maltin fis-seklu sbatax
Programm 14: Dr Anna Borg Cardona titkellem dwar il-mużika ta' ċelebrazzjonijiet f'Malta tas-seklu sbatax
Programm 15: Dr Anna Borg Cardona titkellem dwar il-mużika popolari u folkloristika f'Malta tas-seklu sbatax
Programm 16: Dr Anna Borg Cardona titkellem dwar il-bennej tal-istrumenti Mattheo Morales (1637-1698) (1)
Programm 17: Dr Anna Borg Cardona titkellem dwar il-bennej tal-istrumenti Mattheo Morales (1637-1698) (2)
Programm 18: Dr Anna Borg Cardona titkellem dwar it-tagħlim tal-mużika fil-gżejjer Maltin fis-seklu sbatax