F'dawn il-programmi tinstema' mużika ta' diversi ġeneri, l-aktar xogħolijiet klassiċi. Barra minn hekk, kull programm jinkludi taħdita ma' mistieden speċjali dwar xi aspett artistiku bħal mużika, esibiti f'mużewijiet, arkitettura, arti viżiva u l-arti fil-ħajja kontemporanja. Produzzjoni u preżentazzjoni ta' Silvio J. Camilleri.