Fit-tieni ċentinarju mit-twelid ta' Giuseppe Verdi, Campus 103.7 se jippreżenta sensiela ta' programmi li jagħtu gieħ lil dan il-kompożitur kbir. Verdi huwa magħruf l-iktar għall-opri tiegħu, iżda għandu ukoll ftit kompożizzjonijiet ta' stoffa li ħaqqhom ikunu magħrufa aħjar.
Produzzjoni u preżentazzjoni ta' Joyce Guillaumier.
Programm 1: Introduzzjoni
Programm 2: Il-konservatorju ta' Verdi li hemm f'Milan
Programm 3: Is-Salotto Maffei
Programm 4: L-Opra Aroldo
Programm 5: Verdi u r-Risorġiment Taljan
Programm 6: Giuseppina Strepponi, it-tieni mara ta' Giuseppe Verdi
Programm 7: Ir-Rigoletto u tagħrif awtobijografiku ieħor
Programm 8: Il-mużika sagra ta' Verdi
Programm 9: Il-karatteristici tal-mużika romantika
Programm 10: Iż-żgħażagħ u l-opra
Programm 11: L-Opri Il Forza del Destino u Azira
Programm 12: L-Opri Un ballo in maschera u Aida
Programm 13: Verdi u t-Tenuri (1)
Programm 14: Verdi u t-Tenuri (2)
Programm 15: L-Opra Luisa Miller
Programm 16: L-Opra La Battaglia di Legnano
Programm 17: L-aħħar tagħrif bijografiku