Nixtiequ noħolqu komunità ta’ Maltin u Għawdxin vjaġġaturi (li jgħoddu l-eluf), però anke oħrajn li għad ma daqux din it-tip ta’ rikreazzjoni, mistrieħ jew terapija (għidilha li trid) imma tant meħtieġa fid-dinja ta' llum. L-ideja hi li naqsmu bejnietna esperjenzi, fost l-aktar mumenti ta’ ferħ u memorji li jaf joffri s-safar. Imma mas-safar hemm assoċjati aspetti oħra, fost l-oħrajn, loġistiċi, ta’ ppjanar, ta’ preparazzjoni li dawn flimkien, fl-aħħar mill-aħħar se jirriflettu kemm esperjenza ta’ vjaġġ se tkun sabiħa, kif mixtieqa jew le. Imma, mhux kulħadd isiefer għal rasu. Anzi, bosta, partikolarment familji bi tfal żgħar li ma tantx għandhom ħin fuq idejhom biex jippreparaw, u fuq l-oppost tagħhom, l-anzjani li żmienhom għamluh u issa jixtiequ jsibu kollox (kif jgħid il-Malti) fuq platt, dawn aktarx qed iħallu dawn il-gżejjer għal btala tagħhom ma’ xi aġenzija tal-ivjaġġar, fejn ħafna drabi dawn tal-aħħar jieħdu ħsieb kollox huma.
- Programm 1: Alfred Scerri Gwida veteran ma’ aġenziji tal-ivjaġġar u vjaġġatur għal rasu, dahar id-dinja
- Programm 2: Gordon Attard Chef li studja l-Hilton fl-iSkozja u llum Vlogger imexxi Gordon’s Travels
- Programm 3: Kaia Azzopardi Studenta tal-Liġi għat-tieni sena b’safar relatat mal-familja, studju, kunċerti, divertiment
- Programm 4: Simona Xerri u Tonio Chetcuti Simone dwar ħidma missjunarja f’pajjiżi tat-tielet dinja. Tonio; storja, arti, mużewijiet
- Programm 5: Mary Anne Zammit Uffiċjal tal-Probation / Artista / Kittieba ssiefer dwar xogħol, studju u rikreazzjoni
- Programm 6: Clare Muscat - B’karriera ta’ 25 sena bħala Air-Hostess mal-linja tal-ajru Maltija Air Malta u safar privat
- Programm 7: Jurgen Manicolo Producer u Presenter Televiżiv safar f’50 pajjiż, jesplora bl-ikel, studju, xogħol, kunċerti
- Programm 8: Doris Zammit - Gradwata fil-Malti. Producer u Presenter ta’ ‘ll-Ħolma Amerikana’ u ‘Baqgħu Maltin’ TVM
- Programm 9: Peter Paul Galea, Tribali - Kunċerti mużika etnika madwar id-dinja u proġetti mal-fqar f’pajjiżi tat-tielet dinja
- Programm 10: George Clews Vjaġġatur iżda li kellu jagħmel 11-il sena sħaħ jaħdem fil-Libja
- Programm 11: Dr Raymond Xerri Konslu Ġenerali fil-Kanada. Kap Gozo Diaspora & International Office, Gozo Ministry
- Programm 12: Amy Carabott u Kirsty Rebbieħa tal-20 Edizzjoni tas-sensiela televiżiva Liquorish. L-esperjenza wara l-kwinti
- Programm 13: Denise Zammit, Dottorat HR Management, l-Università ta’ Leicester u ddur id-dinja f’avventuri diversi