Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Antonella Galea Loffreda
Programm radjofoniku li qed jixxandar b’mod dirett kuljum fuq Campus FM bejn il-ħin tas-7:00 u l-10:00 ta’ filgħodu. L-għan ewlieni tagħna hu li nwasslu programm li jappella u jattira udjenza vasta u għaldaqstant il-kontenut ser ikun wieħed leġġer illi primarjament jiffoka fuq lifestyle u divertiment. Ma jistax jonqos illi l-programm iservi wkoll bħala għodda sabiex titwassal informazzjoni edukattiva u kulturali kif ukoll bħala leħen l-Universita’ ta’ Malta. Campus Breakfast qed jagħti spazju mhux biss lill-għaqdiet tal-istudenti iżda wkoll lid-diversi fakultajiet li permezz tal-intervent tagħhom tul l-iskedi sejrin mhux biss iżommu lis-semmiegħa nfurmati dwar diversi aspetti iżda saħansitra jippromowovu l-korsijiet ta’ studju illi toffri l-Universita’.
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Sonia Young
Programm mexxej stil magazine b’intervisti dwar suġġetti varji bħal kura tal-annimali, wellbeing, il-mediċina, l-ikel, il-kura tal-ġnien u l-pjanti, imżewwaq b’mużika u features li jinżlu tajjeb għall-istaġun tax-Xitwa.
Tul: 120 minuta - Tliet darbiet fil-ġimgħa mill-10:00 sa nofsinhar
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Nathalie Camilleri
Campus Lifestyle permezz ta mistiedna preżenti u sensiela ta’ suġġetti bħal kura ta’ l-annimali, saħħa u nutrizzjoni, fuq kollox intervisti li jiggwidawna biex ngħixu aħjar.
Tul: 120 minuta - It-Tnejn u l-Ġimgħa bejn l-10:00am u nofsinhar
Produzzjoni u preżentazzjoni tal-Prof Andrew Azzopardi
Diskussjoni s-sibt filgħodu b’temi kurrenti u kontroversjali li jolqtu l-interessi tal-pubbliku inġenerali. Dan it-tip ta’ programmar se joħloq dibattitu ‘LIVE’ fl-istudjo fuq ġrajjiet kurrenti bl-istil uniku tal-Profs Azzopardi.
Tul: 180 minuta
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Coryse Borg
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, programm live minn nofsinhar sas-sagħtejn, li jiddiskuti b’mod speċjali temi ta’ nutrizzjoni, saħħa mentali u lifestyle, marbuta maż-żgħażagħ u studenti ta’ l-universita. Fil-lunch box se niddiskutu wkoll suġġett bħal media soċjali u ż-żgħażagħ, il-ħruġ, (fejn qed imorru ż-żgħażagħ illum il-ġurnata), eżerċizzju fiżiku, attitudnijiet, trends riċenti u bosta suġġetti oħra relatati. Matul The Lunch Box se jiġu ripetuti l-analiżi tal-ġurnali fil-ħin normali tagħhom.
Programm radjofoniku bil-Malti li se jixxandar b’mod dirett kuljum fuq Campus FM bejn il-ħin tal-4pm u 6pm waqt li n-nies sejrin lura d-dar. Jinkludi wkoll aħbarijiet dwar dak li jkun għaddej f’pajjiżna, sports, arti u kultura pero l-enfasi se tkun il-mużika.
Programm li se jeħodna vjaġġ għas-snin tmenin, u b’mod nostalġiku u b’doża umoristika niftakru f’diversi avvenimenti, drawwiet u użanzi marbuta ma’ din l-era.
Tul: 60 minuta
Fis-sensiela Minuri, Sergio Grech jesplora mal-mistiedna tiegħu ġeneri letterarji li mhux dejjem jingħataw importanza u ħafna drabi s-semmiegħa lanqas jafu li jinkitbu.
Fil-lista ta’ programmi: l-istorja l-qasira, il-ħajki, l-epigrammi, il-limerikki u ġeneri minuri oħrajn.
Tul: 30 minuta
Heri-Hodie-Cras: l-istudju tal-Klassiċi Griegi u Rumani lbieraħ, illum, u għada. X’inhuma l-Klassiċi? Kif salvaw għal aktar minn elfejn sena? X’nambuhom illum? Ir-Rinaxximent Taljan huwa spiss identifikat bħala perjodu fejn il-Klassiċi twieldu mill-ġdid f’rwol ċentrali fis-soċjetà. Niddiskutu fost l-oħrajn l-karatteristiċi ta’ dan il-perjodu affaxxinanti u niltaqgħu ma’ bosta poeti, ħassieba, u patruni ta’ dak iż-żmien.
Tul: 60 minuta
Ġrajjiet u Fatti fl-Għana hija sensiela ta’ programmi għar-radju li tħares lejn il-wirt ħaj tal-għana Malti permezz ta’ wieħed mill-aktar għannejja magħrufa f’dan il-qasam: Ġużeppi Spagnol. F’kull programm, il-Professur Toni Sant jiltaqa’ ma’ Żeppi Spagnol biex jiddiskuti fatt, jiġifieri biċċa għana li ġġorr magħha storja, ġrajja jew riflessjoni fuq xi tema soċjali jew umana. Il-fatti tradizzjonali dwar delitti u diżgrazzji jiżżewqu ma' oħrajn dwar ġrajjiet ta’ individwi magħrufa u episodji mill-istorja. B'hekk l-udjenza ta’ din is-sensiela toqrob aktar lejn l-għeruq tat-tradizzjoni tal-għana tal-fatt, fejn il-kelma u l-verità jingħaqdu f’forma ta’ poeżija spontanja u mimlija emozzjoni.
Il-programmi jinkludu reġistrazzjonijiet awtentiċi ta’ Żeppi jgħanni, kummenti mingħandu dwar il-kuntest ta’ kull fatt, u diskussjoni flimkien ma’ Toni Sant dwar l-importanza kulturali u storika tal-għana bħala mezz ta’ komunikazzjoni u espressjoni Maltija. Din is-sensiela mhux biss tħares lejn it-tradizzjonijiet mill-imgħoddi, imma tressaq ukoll ħarsa ġdida lejn kif l-għana jista’ jibqa’ rilevanti fis-soċjetà kontemporanja.
Ġrajjiet u Fatti fl-Għana ma’ Ġużeppi Spagnol u Toni Sant, fejn kull kelma tgħid storja, u kull fatt juri l-qalb tal-poplu Malti
Tul: 60 minuta
Nixtiequ noħolqu komunità ta’ Maltin u Għawdxin vjaġġaturi (li jgħoddu l-eluf), però anke oħrajn li għad ma daqux din it-tip ta’ rikreazzjoni, mistrieħ jew terapija (għidilha li trid) imma tant meħtieġa fid-dinja tal-lum. L-ideja hi li naqsmu bejnietna esperjenzi, fost l-aktar mumenti ta’ ferħ u memorji li jaf joffri s-safar. Imma mas-safar hemm assoċjati aspetti oħra, fost l-oħrajn, loġistiċi, ta’ pjanar, ta’ preparazzjoni li dawn flimkien, fl-aħħar mill-aħħar se jirriflettu kemm esperjenza ta’ vjaġġ se tkun sabiħa, kif mixtieqa jew le. Imma, mhux kulħadd isiefer għal rasu. Anzi, bosta, partikolarment familji bi tfal żgħar li ma tantx għandhom ħin fuq idejhom biex jippreparaw, u fuq l-oppost tagħhom, l-anzjani li żmienhom għamluh u issa jixtiequ jsibu kollox (kif jgħid il-Malti) fuq platt, dawn aktarx qed iħallu dawn il-gżejjer għal btala tagħhom ma’ xi aġenzija tal-ivjaġġar, fejn ħafna drabi dawn tal-aħħar jieħdu ħsieb kollox huma.
Tul: 60 minuta
Mro. Matthew Bugeja jiltaqa’ ma’ professjonisti oħrajn fil-qasam tal-mużika sabiex flimkien jiddiskutu l-mod kif taħdem il-lingwa universali tad-dinja – il-mużika.
Tul: 30 minuta
Bl-għeruq u x-xniexel nipproponi li nagħmlu wkoll FIRST fl-istorja ta' Malta, dik magħrufa bħala contre histoire jew counter history li sal-lum ħadd ma ppubblika jew xandar dwarha. Il-programm ikun fiħ intervisti intriganti ma' akkademiċi, storiċi imma wkoll esperti soċjo-kulturali minn oqsma oħra għaliex tifrex fuq dak kollu li qatt ma ngħata attenzjoni jew importanza, kif inhu l-isem, bl-għeruq u x-xniexel. Nitkellmu fuq dak li mhux ovvju u li ġbajna nisimgħu dwaru bl-istess tagħrif. Din li qed nipproponi jikkonċerna lil Malta u lil Maltin bid-drawwiet, folklor, leġġendi, xejriet, ġrajjiet, twemmin, fehmiet, relazzjonijiet ma' qawwiet barranin, kif ukoll il-ħajja taċ-ċittadin ordinarju mill-aspetti kulturali kollha. Fuq kollox il-perċezzjoni tal-Maltin u l-Għawdxin tal-lum fuq l-imgħoddi u f'hiex sawwarna llum (identita' u memorja kollettiva).
Tul: 60 minuta
Produzzjoni u Preżentazzjoni ta’ Shawn James
Sensiela fuq 9 xhur sponsorjata mill-Kunsill Malti għall-Arti li se twassal xalata ta’ mużika alternattiva u b’differenza anki permezz ta’ artisti Maltin li mhux soltu niltaqgħu magħhom.
Tul: 60 minuta
Produzzjoni u Preżentazzjoni ta’ Prof. Anne Marie Thake
Sensiela li tiddiskuti l-oqsma tan-negozji permezz ta’ mistiedna fl-istudio. ‘Business Frontiers in Malta’ hija mfassla biex tesplora u tanalizza kwistjonijiet, xejriet, sfidi, opportunitajiet u innovazzjonijiet tan-negozju. Ospitat minn esperti u CEOs ta’ kumpaniji privati, il-programm jitratta suġġetti bħall-intraprenditorija, il-finanzi, it-teknoloġija u s-swieq globali, u jipprovdi analiżi informattiva u pariri prattiċi għall-mexxejja tan-negozju u professjonisti aspiranti. Kull episodju huwa bl-Ingliz u jinkludi intervisti ma’ mexxejja tal-industrija dwar il-perspettivi diversi bil-għan li jrawwem ftehim aktar profond tad-dinja tan-negozju u jispira lill-ġenerazzjoni li jmiss ta’ intraprendituri u maniġers f’Malta u lil hinn minnha.
Tul: 60 minuta
Produzzjoni u Preżentazzjoni ta’ Prof. Michael Briguglio
Sensiela li se tiddiskuti permezz ta’ intervisti one to one ma’ mistiedna diversi suġġetti topiċi.
Tul: 60 minuta
Produzzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti u Preżentazzjoni ta’ Joseph Lia u Antonella Galea Loffreda
Sensiela sponsorjata mill-Kunsill Malti għall-Arti fejn jiġi diskuss ix-xogħol li qed isir f’dan il-qasam biex tingħata għajnuna lil artist Malti.
Tul: 30 minuta
Stejjer ta’ Riċerkaturi u Riċerka li qed iġibu bidla f’ħajjitna; programm li jlaqqgħana ma’ riċerkaturi li qed jagħmlu xogħol ta’ valur għoli ħafna grazzi għall-għajnuna finanzjarja li qed jirċievu mill-Fond tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta (RIDT). Il-programm jitmexxa minn Wilfred Kenely, Kap Eżekuttiv tal-RIDT, u fih insiru nafu mhux biss ix-xogħol li qed jagħmlu dawn ix-xjentisti, imma anke xi ftit dwarhom u dwar kif għażlu r-riċerka bħala il-karriera tagħhom. Il-programm ilaqqgħana wkoll ma’ organizzazzjonijiet u individwi li għażlu li jgħinu din il-kawża billi għamlu donazzjonijiet sabiex tikber ir-riċerka fl-Università ta’ Malta.
Tul: 60 minuta
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas
Il-qrubija ġeografika u kulturali u l-fatt li mal-miġja tat-TV f'pajjiżna konna esposti għal stazzjonijiet televiżivi Taljani għal bosta snin bi programmi u avvenimenti bħal San Remo, Castrocaro, Zecchino d'Oro u Festival Bar fost l-oħrajn, bla dubju wasslet biex ħafna Maltin u Għawdxin trabbew jisimgħu u jsegwu bosta artisti Taljani u l-mużika tagħhom. Waqt il-programm Dipinto Di Blu, il-preżentatur Mark Spiteri Lucas flimkien mas-semmiegħa jterrqu vjaġġ radjofoniku ta' mużika Taljana b'diversi suċċessi mill-passat u anke mill-preżent, b'aċċenn partikolari għal mużika sajfija li t-Taljani huma tant rinomata għaliha. Ma tonqosx ukoll is-sezzjoni msejħa 'L-artist/a/i tal-ġimgħa' fejn ta' kull ġimgħa tingħata ftit informazzjoni permezz tan-numri dwar kantant partikolari filwaqt li jindaqqu wkoll xi suċċessi taghhom. Dipinto Di Blu jwassal siegħa ta' mużika mill-aqwa li żgur għandha tinżel tajjeb ma' dawk kollha li jħobbu l-mużika Taljana f'pajjiżna.
L-edukazzjoni vokazzjonali tradizzjonalment dejjem tqieset bħala taboo, li hija segwita minn studenti b’inqas intelliġenza, studenti li ma jkomplux jew li għandhom ‘challenging behavior’ u li ġejjin forsi minn background soċjali mhux daqshekk tajjeb. Pero l-esperjenza ppruvat li dan kollu mhux minnu. Din is-serje se tiddiskuti permezz ta’ stejjer ta’ suċċess li l-edukazzjoni vokazzjoni twassal ukoll għal suċċessi fil-karrieri.
Tul: 60 minuta
Produzzjoni u Preżentazzjoni ta’ Emanuel Buttigieg u Liam Gauci
Dan il-programm sponsorjat jistieden lis-semmiegħa għal taħdita mnebbħa minn Clio, li fil-mitoloġija tal-Greċja tal-qedem, kienet il-muża tal-istorja u l-istoriċi. F’din is-sensiela, Emanuel Buttigieg u Liam Gauci ikomplu jiddiskutu numru ta’ temi storiċi u kontemporanji. L-għan huwa li nsawru qafas fejn l-imgħoddi (dak li seħħ) u l-istorja (d-dixxiplina li tipprova tagħmel sens min dak li seħħ) jiltaqgħu sabiex flimkien jinsġu stampa aktar ħajja.
Tul: 30 minuta
Produzzjoni u Preżentazzjoni ta’ Dr. Toni Sant
Hekk kif dħalna fit-tielet deċenju tas-Seklu 21, ikun tajjeb li nagħtu ħarsa lejn l-aktar esponenti sinifikanti fix-xena tal-mużika f'Malta, 'l hinn mill-ovvju ippreżentat mill-Eurovision Song Contest, X-Factor, u festivals popolari. Is-sensiela proposta tuża ġeneri u/jew temi varji biex toffri profili dettaljati dwar dawn il-mużiċisti Maltin tas-Seklu 21, u fl-istess waqt tiddokumenta l-iżvilupp ta' dak il-ġeneru partikolari f'Malta matul l-aħħar 20 sena.
Tul: 60 minuta
Karl Wright & Claire Borg
Programm li jfittex li jilħaq lill-individwi u/jew ġenituri li jgħixu waħedhom, lill-koppji, lill-ġenituri, lin-nanniet u lil kull min huwa miftuħ jirrifletti dwar għeruqu, il-familja. Programm ta’ Karl Wright.
Tul: 60 minuta
Produzzjoni u Preżentazzjoni ta’ Andrew Zammit
Programm ta’ mużika Maltija, b’uħud mill-aqwa siltiet li ħarġu minn artisti Maltin, kemm dawk riċenti kif ukoll mill-passat.
Tul: 60 minuta
Produzzjoni u Preżentazzjoni ta’ Paul Giordimaina
Sensiela ta’ mużika jazz, kurżitajiet interessanti dwar dan il-ġeneru ta’ mużika u intervisti qosra ma' esponenti fix-xena tal-jazz.
Tul: 60 minuta
It-Tnejn - Michael Briguglio
It-Tlieta - Mario Xuereb
L-Erbgħa - Andrew Azzopardi
Il-Ħamis - Michelle Attard Tonna
Il-Ġimgħa - Joe Mizzi