Programm radjofoniku li se jixxandar b’mod dirett kuljum fuq Campus 103.7 bejn il-ħin tas-7:00 u l-10:00 ta’ filgħodu. Imżewwaq b’intervisti ‘light’ u mużika leġġera għal filgħodu. Jinkludi wkoll fih l-analiżi tal-gazzetti fid-9:00am.
Tul: 180 minuta
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Sonia Young
Programm mexxej stil magazine b’intervisti dwar suġġetti varji bħal kura tal-annimali, wellbeing, il-mediċina, l-ikel, il-kura tal-ġnien u l-pjanti, imżewwaq b’mużika u features li jinżlu tajjeb għall-istaġun tas-Sajf.
Tul: 120 minuta - Tliet darbiet fil-ġimgħa mill-10:00 sa nofsinhar
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Nathalie Camilleri
Campus Lifestyle permezz ta mistiedna preżenti u sensiela ta’ suġġetti bħal kura ta’ l-annimali, saħħa u nutrizzjoni, fuq kollox intervisti li jiggwidawna biex ngħixu aħjar.
Tul: 120 minuta - It-Tnejn u l-Ġimgħa bejn l-10:00am u nofsinhar
Programm radjofoniku bil-Malti li se jkun irrekordjat bi produzzjoni ta’ Colin Fitz. Jixxandar bejn il-ħin tat-3pm u 6pm bid-differenza li l-ewwel siegħa se tiġi meqjusa bħala The Golden Hour, siegħa leġġera ta’ mużika mill-films, mużika epika u mużika klassika. Mill-4pm l’quddiem, il-mużika imbagħad tkun aktar qawwija u se ixxaqleb għall-istil ta’ soft rock biex tinżamm l-identita’ tad-drive time.
Kuljum mill-16:00-18:00
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Leanne Ellul
Sensiela ta’ Leanne Ellul li se tkun qed taqra storja f'kull programm, iddoqq kanzunetta bil-Malti marbuta mat-tema, u tagħlaq bi ftit kummenti fuq in-novella nnifisha. Naħseb għandu jinżel tajjeb anke mal-istudenti li qed jistudjaw il-kritika fil-fatt; għalkemm mhux se nkun teknika wisq u l-qofol tal-programm se jkun ir-rakkont.
Tul: 30 minuta
Dr Karsten Xuereb jitkellem ma' Dr Anthony Pace dwar il-modi differenti ta' kif norbtu l-passat mal-preżent permezz tal-memorja, t-tfakkir ta' avvenimenti u r-ritwali li jfakkruna fit-tradizzjonijiet ta' min ġie qabilna. Is-sensiela hija mnebbħa mill-kitbiet ta' David Lowenthal, espert tal-istorja u l-memorja fil-kultura popolari. Għaldaqstant, ser jiġu diskussi l-modi kif illum il-ġurnata ngħixu l-passat f'kuntesti soċjali, ekonomiċi u kummerċjali kontemporanji. Ir-rabta mal-iżvilupp urban, it-turiżmu u r-riċerka ser jiġu indirizzati b'mod dirett u aċċessibbli għal kull min hu interessat f'dal-qasam u jixtieq ikun jaf aktar dwar kif għadna ngħixu l-imgħoddi kuljum.
Tul: 60 minuta
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas
Il-qrubija ġeografika u kulturali u l-fatt li mal-miġja tat-TV f'pajjiżna konna esposti għal stazzjonijiet televiżivi Taljani għal bosta snin bi programmi u avvenimenti bħal San Remo, Castrocaro, Zecchino d'Oro u Festival Bar fost l-oħrajn, bla dubju wasslet biex ħafna Maltin u Għawdxin trabbew jisimgħu u jsegwu bosta artisti Taljani u l-mużika tagħhom. Waqt il-programm DIPINTO DI BLU (Edizzjoni Sajf), il-preżentatur Mark Spiteri Lucas flimkien mas-semmiegħa jterrqu vjaġġ radjofoniku ta' mużika Taljana b'diversi suċċessi mill-passat u anke mill-preżent, b'aċċenn partikolari għal mużika sajfija li t-Taljani huma tant rinomata għaliha. Ma tonqosx ukoll is-sezzjoni msejħa 'L-artist/a/i tal-ġimgħa) fejn ta' kull ġimgħa tingħata ftit informazzjoni permezz tan-numri dwar kantant partikolari filwaqt li jindaqqu wkoll xi suċċessi taghhom. DIPINTO DI BLU jwassal siegħa ta' mużika mill-aqwa li żgur għandha tinżel tajjeb ma' dawk kollha li jħobbu l-mużika Taljana f'pajjiżna.
Sensiela ippreżentata minn Antonella Galea Loffreda dwar ix-xena kulturali f’pajjiżna fejn insiru nafu dwar dak li se jkun qed jittellgħa fix-xhur tas-sajf f’diversi mkejjen madwar Malta u Għawdex.
Sergio Grech se jlaqqgħana ma’ diversi mistiedna li se jiżvelaw u jirrakkuntaw dwar il-vjaġġi tagħhom anki permezz tal-mużika magħżula.
Produzzjoni u Preżentazzjoni ta’ Prof. Michael Briguglio
Sensiela li se tiddiskuti permezz ta’ intervisti one to one ma’ mistiedna diversi suġġetti topiċi bħal: Il-movimenti soċjali jirrapreżentaw il-preokupazzjonijiet tan-nies? Il-migrazzjoni u l-integrazzjoni. Id-diversita’ fil-familji, it-trawma kollettiva, body enhancement u bosta suġġetti oħra.
Tul: 60 minuta
Produzzjoni u Preżentazzjoni ta’ Colin Fitz
Colin Fitz ikompli jiltaqa’ ma’ mistiedna li, għalkemm barranin, għamlu ‘l Malta d-dar tagħhom. Dawn jagħtu l-impressjonijiet tagħhom dwar il-ħajja f’Malta: l-iskejjel, id-divertiment, il-piki, it-toroq ecc.
Produzzjoni u Preżentazzjoni ta’ Dr. Toni Sant
Sensiela ta' programmi fuq Campus 103.7 li twassal lis-semmiegħa tagħna siegħa mużika varjata minn Malta. F'kull edizzjoni nisimgħu għadd ta' diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar, kurżitaijiet mix-xena lokali, kif ukoll nagħtu attenzjoni speċjali lil xi album ġdid jew xi wieħed milli ħarġu minn Malta matul is-snin.
Tul: 60 minuta
Produzzjoni u Preżentazzjoni ta’ Andrew Zammit
Programm ta’ mużika Maltija, b’uħud mill-aqwa siltiet li ħarġu minn artisti Maltin, kemm dawk riċenti kif ukoll mill-passat.
Tul: 60 minuta
Produzzjoni u Preżentazzjoni ta’ Paul Giordimaina
Sensiela ta’ mużika jazz, kurżitajiet interessanti dwar dan il-ġeneru ta’ mużika u intervisti qosra ma' esponenti fix-xena tal-jazz.
Tul: 60 minuta
It-Tnejn - Michael Briguglio
It-Tlieta - Mario Xuereb
L-Erbgħa - Andrew Azzopardi
Il-Ħamis - Michelle Attard Tonna
Il-Ġimgħa - Joe Mizzi