Our programmes

Our programmes

The programmes you can listen to on Campus 103.7
April - June 2024

LIVE PROGRAMMES

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Antonella Galea Loffreda
Programm radjofoniku li se jixxandar b’mod dirett kuljum fuq Campus 103.7 bejn il-ħin tas-7:00 u l-10:00 ta’ filgħodu. L-għan ewlieni tagħna hu li nwasslu programm li jappella u jattira udjenza vasta u għaldaqstant il-kontenut ser ikun wieħed leġġer illi primarjament jiffoka fuq lifestyle u divertiment. Ma jistax jonqos illi l-programm iservi wkoll bħala għodda sabiex titwassal informazzjoni edukattiva u kulturali kif ukoll bħala leħen l-Università ta’ Malta. Campus Breakfast ser jagħti spazju mhux biss lill-għaqdiet tal-istudenti iżda wkoll lid-diversi fakultajiet li permezz tal-intervent tagħhom tul l-iskedi sejrin mhux biss iżommu lis-semmiegħa infurmati dwar diversi aspetti iżda saħansitra jippromowovu l-korsijiet ta’ studju illi toffri l-Università.

Tul: 180 minuta
mis-7:00am sal-10:00am

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Sonia Young
Programm mexxej stil magazine b’intervisti dwar suġġetti varji bħal kura tal-annimali, wellbeing, il-mediċina, l-ikel, il-kura tal-ġnien u l-pjanti, imżewwaq b’mużika u features li jinżlu tajjeb għall-istaġun tax-xitwa.

Tul: 120 minuta
Tliet darbiet fil-gimgħa mill-10:00am sa nofsinhar

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Louise Bugeja
Programm soċjo-edukattiv fuq ir-realtajiet tal-ħajja llum. Diskussjoni ma' professjonisti, nies li joffru għajnuna u sapport, kif ukoll min għadda mill-esperjenza.

Tul: 120 minuta
It-Tnejn u l-Ġimgħa bejn l-10:00am u nofsinhar

Programm radjofoniku bil-Malti li se jixxandar b’mod dirett kuljum dirett fuq Campus 103.7 bejn il-ħin tal-4:00pm u 6:00pm waqt li i-nies sejrin lura d-dar. Jinkludi wkoll aħbarijiet dwar dak li jkun għaddej f’pajjiżna, sports, arti u kultura però l-enfasi se tkun il-mużika.

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr Mario Thomas Vassallo
Diskussjoni s-Sibt filgħodu b’temi kurrenti li jolqtu l-interessi tal-pubbliku inġenerali. Dan it-tip ta’ programmar huwa innovattiv għall-istazzjon għax se joħloq dibattitu ‘LIVE’ fl-istudjo fuq ġrajjiet kurrenti, fenomeni kontemporanji u aspetti oħrajn li jolqtu l-politika, is-soċjetà, l-ekonomija u l-kultura ta’ pajjiżna. Flimkien mal-esperti u l-esponenti mistednin, il-pubbliku se jkun jista’ jintervjeni permezz ta’ telefonati waqt il-ħin tad-diskussjoni fl-istudjo. Mhuwiex l-iskop ta’ din is-sensiela li toħloq sensazzjonaliżmu, imma li ddawwal l-opinjoni pubblika b’fehmiet razzjonali, studjati u b’rispett sħiħ lejn fehmiet opposti.

Tul: 120 minuta


NEW PROGRAMMES

Produzzjoni ta’ Vanni Pulé
“Emmen Jekk Trid” se jkun programm li fih Vanni Pule’, flimkien ma mistieden, janalizza fenomeni li jissejħu ‘paranormali’. Mingħajr kummerċjaliżmu jew popoliżmu, jipprova jfittex verità empirika u razzjonali.  Wara kważi ħamsin sena ta' riċerka, jagħti l-konklużjonijiet tiegħu imsejsa fuq ħsieb kritiku.

Tul: 60 minuta

Dr Karsten Xuereb u Dr Anthony Pace 
Din is-sensiela ser tittratta numru ta’ prinċipji u linji gwida ewlenin fil-qasam tal-patrimonju Ewropew u Mediterran. Ser tagħmel dan billi tindirizza numru ta’ mistoqsijiet, fosthom: Il-filosofija u l-ħsieb tal-patrimonju għaliex huma importanti fil-ħarsien tal-wirt kulturali?; il-patrimonju għandna narawh bħala forma ta’ ġejjieni, u mhux biss bħala ħarsien tal-imgħoddi?; komunità aktar ma jgħaddi żmien minn fuqha, aktar tinbidel, imma x’aġir għandu jittieħed biex tibqa’ tiġġedded minflok ma tistagħna, u tistaġna, fil-passat? Is-sensiela ser tħares ukoll lejn persunaġġi importani u influwenti mill-isfera tal-patrimonju, bħal arkeologi u ħassieba kif ukoll kittieba.

Tul: 60 minuta

 

CONTINUATION OF PRODUCTIONS

Produzzjoni ta’ Aleks Farrugia u Colin Fitz
Sensiela li permezz ta’ temi differenti kull gimgħa se tiddiskuti l-era tad-disgħinijiet, żmien fejn Malta u d-dinja raw bidliet kulturali, teknologici u politici.

Tul: 60 minuta

Produzzjoni u preżentazzjoni tal-Prof. Charles Briffa u Celaine Buhagiar
Il-proġett vast tal-ġrajja wara l-kelma ġab il-kunċett tal-“kultura” f’qagħda quddemija tal-għarfien uman. Jipprovdi wisgħa fejn il-kultura tiltaqa’ mal-kliem f’kuntest.

Tul: 30 minuta

Produzzjoni ta’ Geo Debono
Programm li se jeħodkom fuq vjaġġ mużikali mill-mużika tas-snin 50, 60 u 70 sal-ġurnata tal-lum.

Produzzjoni ta’ Amy Camilleri Zahra b’kollaborazzjoni mal-Fakultà għall-Benesseri Soċjali
Diskussjoni kull ġimgħa imtellgħa mill-Fakultà, b’temi li għandhom jolqtu lill-pubbliku inġenerali kif ukoll lil dawk li jistgħu jitħajru jistudjaw fi ħdan l-istess Fakultà.

Tul: 30 minuta

Produzzjoni tal-Junior College u  Preżentazzjoni ta’ Roberto Calleja
Sensiela li se tidħol ġewwa l-Junior College u tħares mill-qrib lejn dak li qed jigi offrut lill-istudenti. Kemm mil-lat akkademiku kif ukoll aspetti oħra marbuta ma’ sport, opportunitajiet barra l-kampus, avvenimenti u programmi li jagħmlu l-ħajja ta’ student tal-Junior College aktar interessanti. 

Tul: 30 minuta

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Colin Fitz
Sensiela li se tintervista ġurnalisti veterani llum irtirati bħal Reno Bugeja, Joe Dimech, Victor Agius, Paul Azzopardi, Anna Bonanno u ohrajn li anki ġejjin mill-qasam sportiv, fejn flimkien magħhom immorru lura fiż-żmien u niftakru anki f’xandir ta’ avvenimenti speċjali, fi żmien meta t-teknoloġija kienet fi stadju bikri.

Tul: 30 minuta

Emanuel Buttigieg u Liam Gauci
Dan il-programm jistieden lis-semmiegħa għal taħdita mnebbħa minn Clio, li fil-mitoloġija tal-Greċja tal-qedem, kienet il-muża tal-istorja u l-istoriċi. F’din is-sensiela ġdida għal Campus 107.3, Emanuel Buttigieg u Liam Gauci ser jiddiskutu numru ta’ temi storiċi u kontemporanji. L-għan huwa li nsawru qafas fejn l-imgħoddi (dak li seħħ) u l-istorja (d-dixxiplina li tipprova tagħmel sens minn dak li seħħ) jiltaqgħu sabiex flimkien jinsġu stampa aktar ħajja. Fost temi oħra, nippjanaw li niddiskutu dawn li ġejjin: Il-Kavallieri x’għamlu għalina? L-aqwa ħames gran mastri, Mintoff, Pesti u pandemiji, L-aqwa ħames gvernaturi kolonjali, Fake history fl-istorja Maltija, Nisa prominenti fl-istorja ta’ Malta, Il-Mediterran: ċentru jew periferija? Xi tfisser storja globali?,Invażjonijiet, Fortifikazzjonijiet: tajbin u ħżiena, Eroj u anti-eroj.

Tul: 30 minuta

Wilfred Kenely
Stejjer ta’ Riċerkaturi u Riċerka li qed iġibu bidla f’ħajjitna; programm li jlaqqgħana ma’ riċerkaturi li qed jagħmlu xogħol ta’ valur għoli ħafna grazzi għall-għajnuna finanzjarja li qed jirċievu mill-Fond tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta (RIDT). Il-programm jitmexxa minn Wilfred Kenely, Kap Eżekuttiv tal-RIDT, u fih insiru nafu mhux biss ix-xogħol li qed jagħmlu dawn ix-xjentisti, imma anke xi ftit dwarhom u dwar kif għażlu r-riċerka bħala il-karriera tagħhom. Il-programm ilaqqgħana wkoll ma’ organizzazzjonijiet u individwi li għażlu li jgħinu din il-kawża billi għamlu donazzjonijiet sabiex tikber ir-riċerka fl-Università ta’ Malta.

Tul: 30 minuta

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr Toni Sant
Hekk kif dħalna fit-tielet deċenju tas-Seklu 21, ikun tajjeb li nagħtu ħarsa lejn l-aktar esponenti sinifikanti fix-xena tal-mużika f'Malta, ’l hinn mill-ovvju ippreżentat mill-Eurovision Song Contest, X-Factor, u festivals popolari. Is-sensiela proposta tuża ġeneri u/jew temi varji biex toffri profili dettaljati dwar dawn il-mużiċisti Maltin tas-Seklu 21, u fl-istess waqt tiddokumenta l-iżvilupp ta’ dak il-ġeneru partikolari f'Malta matul l-aħħar 20 sena.

Tul: 60 minuta

Produzzjoni ta’ Dr Charles Xuereb
Sensiela li se tkompli diskussjoni ma’ akkademiċi minn oqsma differenti biex jiddiskutu fl-istudio aspetti diversi tad-dekolonizazzjoni. Wara l-Indipendenza u r-Repubblika kemm fadlilna influwenzi Brittaniċi? X’għamilna s’issa wara li sirna rgħajna f’idejna biex niffurmaw dak li għandna bżonn għal pajjiżna? Kemm bqajna nimmudellaw fuq dak li kien qabel? Fhiex wasalna f’dan l-iżvilupp? Fit-taħdit u l-kitba, fid-drawwiet tal-ikel jew tal-Milied, fl-arti, fl-arkitettura, fl-edukazzjoni, fl-imġieba tagħna, fl-ekonomija u l-politika, fl-iggvernar, fl-istrutturi soċjali – minn transport sa kostruzzjoni – fil-ġustizzja, fil-festi, fil-libertajiet soċjali – minn divorzju sa abort, ewtanisja, is-saħħa – fit-turiżmu, fil-ġurnaliżmu, fil-morali u r-reliġjon saħansitra fejn jidħlu żwiġijiet imħallta, fir-rakkonti ta’ ġrajjietna, fid-diplomazija, fil-politika barranija tal-pajjiż.

Tul: 30 minuta

Karl Wright & Claire Borg
Programm li jfittex li jilħaq lill-individwi u/jew ġenituri li jgħixu waħedhom, lill-koppji, lill-ġenituri, lin-nanniet u lil kull min huwa miftuħ jirrifletti dwar għeruqu, il-familja. Programm ta’ Karl Wright.

Tul: 60 minuta

Andrew Zammit
Programm ta’ mużika Maltija, b’uħud mill-aqwa siltiet li ħarġu minn artisti Maltin, kemm dawk riċenti kif ukoll mill-passat.

Tul: 60 minuta

Paul Giordimaina
Sensiela ta’ mużika jazz, kurżitajiet interessanti dwar dan il-ġeneru ta’ mużika u intervisti qosra ma' esponenti fix-xena tal-jazz.

Tul: 60 minuta

Din is-sensiela leġġera tintervista lill-mistedna ta’ Sergio Grech dwar l-esperjenza partikulari tagħhom tal-iskejjel primarju u sekondarji li attendew. Kull programm ikun ta’ nofs siegħa. Kunċett sempliċi ħafna imma li tista’ tgħin f’dik li hi storja orali nazzjonali. Bla dubju, se joħorġu l-ismijiet ta’ ħafna għalliema li l-ebda storiku tal-edukazzjoni qatt ma kellu l-opportunità li imqar jirreġistra isimhom minħabba l-vastezza tal-argument. Nitkellmu wkoll dwar skrivani u persuni anċillari u għala le, xi praspura jew praspar li setgħu saru kif ukoll il-kotba li kienu jintużaw u l-għodod imħaddma għat-tagħlim. Fost il-mistiedna Giovanni Bonello, John Demanuele, Andre Debattista, Francesca Balzan, Alison Casha, Trevor Zahra u oħrajn.

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Gerald Fenech u Gorg Peresso
Għażla ta’ mużika li mas-sbuħija tgħaqqad id-divertiment mużikali, b’tagħrif mal-għażliet varji minn opri, operetti, siltiet minn sinfoniji u kunċerti, mużika sagra u melodiji li jibqgħu immortali.

Tul: 120 minuta
39 ġimgħa

Xi tfisser tkun bniedem?

X’se naqra 2

It-Tnejn - Michael Briguglio
It-Tlieta - Michael Falzon
L-Erbgħa - Andrew Azzopardi
Il-Ħamis - Michelle Attard Tonna
Il-Ġimgħa - Joe Mizzi


https://www.um.edu.mt/services/campus1037/programmes/